Description
Wara li l-karavana laħqet il-Kashmir ġewwa s-subkontinent Indjan, Ġesù kompla l-vjaġġ tiegħu ma’ grupp żgħir ta’ nies, sakemm l-aħħar parti tiegħu komplieh waħdu, huwa u jiġi ggwidat minn post għal ieħor min-nies tal-lokal.
Xi ġimgħat wara rnexxielu jidħol fir-reġjun muntanjuż tal-Himalayas, fejn hemmhekk laqgħuh numru ta’ patrijiet Buddisti u qagħad magħhom għal ftit ta’ żmien. Minn hemm, imbagħad, mar jgħix fil-belt ta’ Rishikesh, fit-Tramuntana tal-Indja, fl-istat ta’ Uttarakhand, iżda ħafna mill-ħin kien jgħaddih jimmedita ġo għar li kien magħruf bħala Vashistha Gufa.
Wara ħafna xhur jgħix f’dawk in-naħat, Ġesù kompla jivvjaġġa lejn il-Majjistral tal-Indja, sakemm eventwalment wasal fir-Renju ta’ Magadha. Ġara mbagħad li kien hawnhekk, ġewwa Magadha, li Ġesù ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Mari, magħrufa aħjar fi żminijietna bħala Marija ta’ Magdala…