In-Naha l-Ohra tal-Istorja Gudeo-Kristjana

978-99957-0-050-8
Paperback

In stock

Description

Kif oriġina l-ewwel ħsieb fuq Alla? Min kien Jaħweh, u min kien Mose` fil-verita`? Minn fejn oriġinaw l-Għaxar Kmandamenti? Min kien Ġesu` Kristu, u x’jgħidu l-vanġeli l-oħra li baqgħu barra mit-Testment il-Ġdid? Min kien San Pawl, u liema kienet l-ewwel Knisja qabel dik Kattolika Rumana? Min kienu l-Injostiċi? Kif oriġina l-pontifikat papali u x’riperkussjonijiet ħalla warajh id-dokument falz li l-Imperatur Konstantinu (suppost) ħalla lill-Knisja għaż-żamma tal-poter? kollox wasal għandna mill-passat? Kien hemm xi alternattiva oħra kif setgħu żvolġew l-affarijiet?

Dawn huma xi wħud mill-mistoqsijiet li f’dan il-ktieb se nippruvaw inwiġbuhom anki b’daqqa t’id tal-iskoperti li twettqu f’dawn l-aħħar sekli imma mhux biss, għaliex tul il-qari se niltaqgħu ma’ aktar spekulazzjonijiet.

L-Awtur Anton Sammut f’dan il-ktieb, li hu ġirja mferrxa ma’ tant aspetti li jolqtu l-iżvilupp tar-reliġjon f’rabta mal-kultura, jidħol għal biċċa xogħol li mhix fraċli. Anzi biċċa xogħol li wieħed jista’ anke jqisha delikata u għal uħud perikoluża għaliex timraħ lil hinn mill-konfini ta’ reliġjon li normalment huma ristretti u joffru sigurta` u ċertezza. F’dan is-sens, dan il-ktieb jawgura tajjeb ħafna għal min ma jikkuntentax b’dak li rċieva imma jinteressah li jixtarr ukoll kif wasal għandu.

Rev. Dott. Rene` Camilleri

L-eżerċizzju twil u bir-reqqa li għamel is-Sur Sammut kemm dwar il-Kotba Mqaddsa kif ukoll dwar l-Isorja tal-Knisja huwa maħsub biex jgħin lill-qarrej iħares lejn it-tnejn li huma bi  ħsieb u minn angolu illi mhux soltu mdorrijin bih. Dan it-tip ta’ eżerċizzju mentali huwa dejjem ta’ siwi speċjalment meta l-oġġett li qed jiġi mistħarreġ u mgħarbel mhuwiex sempliċi u jiftiehem bilfors b’mod wieħed, imma huwa aktar kumpless milli jista’ jlaħħaq miegħu moħħ il-bniedem.

Rev. Prof. Peter Serracino Inglott

Additional information

Weight 535.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 398
ISBN 978-99957-0-050-8
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995700508 Categories: