Għajnuna Ingliża lil Tifel Bożnijaku

Charles B. Spiteri
BDL Books - LaqtietSuldat, li waqt li kien b’xogħol fil-Bożnja lemaħ tifel b’diformità terribbli, qatta’ għaxar snin jiġbor il-flus b’risqu, biex finalment wasal jibdillu wiċċu.
Stefan twieled b’kundizzjoni rari msejħa Tessier facial cleft, li tirriżulta f’għajnejh imbiegħda minn xulxin aktar minn 4.5 ċentimetru min-normal, u mingħajr imnieħer kif nafuh aħna. Iżda Wayne Ingram, missier ta’ żewġt itfal, li kien fin-9th/12th Royal Lancers tant inġibed lejn Stefan, li waħħal f’moħħu li jipprovdilu l-aqwa għajnuna medika. Hu rnexxielu jiġbor xejn inqas minn €107,265 fl-attivitajiet li wettaq fil-Bożnja u l-Gran Britannja fl-2003. Permezz ta’ dawn il-flus, irnexxielu jwassal lil Stefan fl-Isptar Great Ormond f’Londra. Hemmhekk, iċ-ċkejken sarlu intervent kirurġiku ta’ 12-il siegħa, fejn l-ispeċjalista David Dunaway, fetaħlu wiċċu fi tnejn biex seta’ jressaqlu għajnejh lejn xulxin u jibnilu mnieħer.
BDL Books - LaqtietL-operazzjoni kienet suċċess, għalkemm l-ispeċjalista kien qal li fi żmien għaxar snin, Stefan ikollu bżonn jagħmel operazzjoni oħra. Wayne baqa’ f’kuntatt mal-ġenituri ta’ Stefan; Slavenka, ta’ 36 sena u Milos ta’ 44 sena, u issa, wara li ġabar €25,239 oħra, reġa’ ħadu l-Ingilterra biex itemm il-kura. 
Issa, Stefan, li għandu 14-il sena, reġa’ daħal l-Isptar għat-tieni operazzjoni, biex l-ispeċjalista David Dunaway itejjiblu d-dehra ta’ wiċċu u jgħinu jieħu n-nifs aħjar.
Wayne, minn Weymouth Dorset, qal li hu kuntent li rnexxielu jgħin lil Stefan ikompli jgħix ħajja normali. Hu kien iltaqa’ mat-tifel wara li introduċiehulu missieru. Kif rah skanta, u wiegħed li jgħinu. Fil-fatt irnexxielu!