Skufja

Martin Morana

altSKUFJA   Kappa tas-suf jew tal-għażel maħduma b’mod li tagħfas mar-ras minn fuq u b’żigarella tinżel mal-għonq u tinqafel taħt il-geddum. Din tintlibes l-aktar min-nisa u għaldaqstant tkun iddekorata mit-tarf bil-bizzilla. Tintlibes ukoll mis-sorijiet u tista’ wkoll tinħiet għat-trabi. L-espressjoni figurattiva ‘għadu jilbes l-iskufja’ tfisser li għadu qisu tarbija fl-imġiba tiegħu. Il-qawl ‘Kieku kelli nbigħ l-iskufji kieku t-trabi jitwieldu bla ras,’ jirreferi għal xi ħadd li fin-negozju jsofri dejjem.

Sors: Il-Qawl Iqul, p. 135.