Il-kumpanija Kodak sejra għal ‘għajnha’

Charles B. Spiteri
altF’dawn l-aħħar snin, Kodak taf irrekordjat l-agħar żminijiet tagħha. Iżda 120 sena ilu, kienet il-pijuniera għall-fotografija tan-nies komuni.
 
Fl-1888 ħolqot il-Kodak No 1, li tat lill-klijenti ċ-ċans li jiġbdu xeni rilassanti u li qabel kien jinġibdu biss minn fotografi professjonali. Minn dawn ir-ritratti għad hawn fl-idejn. Ritratti li nġibdu fis-seklu 19.
 
Il-camera No 1 kienet tkun mimlija b’negattivi biżżejjed biex dak li jkun jiġbed mitt ritratt. Meta l-fotografu jiġbed ir-ritratti kollha,  li kienu jkunu tondi, kien ikollu jieħu l-camera b’kollox lil Kodak, li appena tiżviluppalu r-ritratti, terġa’ timlielu l-camera b’negattivi oħra. Din l-istess camera, li kellha kisja ħoxna tal-ġild kienet tinbiegħ bis-slogan “Int tagħfas il-buttuna u aħna nagħmlu l-kumpalment!”
 
Il-kumpanija Eastman iddisinjat il-cameras flimkien ma’ Frank A. Brownell, mastrudaxxa, li beda l-produzzjoni tal-fabbrika.
 
Snin wara, Kodak qed titqies bħala li baqgħet lura milli tħaddan it-teknoloġija moderna bħalma hi l-fotografija diġitali, li kienet l-invenzjoni tagħha stess. Sentejn ilu l-Kodak applikat għall-protezzjoni kontra l-falliment u ħabbret li se tieqaf milli tipproduċi l-cameras diġitali; il-video cameras tal-but u l-frames diġitali tar-ritratti. Dan kollu biex taqta’ l-ispejjeż.
 
Kien rappurtat ukoll li l-kumpanija, issa se tikkonċentra fuq il-bejgħ tat-tagħmir għall-istampar u servizzi għan-negozji.