Naspla

Martin Morana

altNASPLA   Il-qawl ‘In-naspla saret u ċ-ċawla taret’ hu spjegat fil-ktieb ‘Ara X’Int Tgħid’.  Ma’ dak spjegat xtaqt nagħti biss xi informazzjoni oħra li għaddihieli Anton F. Attard.  Dan il qawl  hu x’aktarx mibdul mit-taqbila oriġinali. Il-qawl suppost jgħid hekk: Il-lira sfaret u ċ-ċawla taret. It-taqbila nħolqot meta fi tmiem tas-seklu dsatax kien falla l-Bank ta’ Rosa Pace, li kien imlaqqam ‘il-Bank taċ-Ċawla’. Dan il-Bank kien jinsab fi Strada San Franġisk, il-Furjana. Anki t-triq fejn kien hemm dan il-Bank spiċċat imlaqqma ‘It-Triq taċ-Ċawla’. Meta Rosa Pace bdiet tissellef il-flus tad-deheb bi mgħax għoli, falliet. Ir-riferenza għall-flus li sfaru hi għal-liri tad-deheb. Meta falla l-Bank, lil Pace tellgħuha l-Qorti iżda ħarġet illiberata u għamlet festa. Ħajr: Anton F. Attard.