Kelb isalva tarbija mid-deżert

Charles B Spiteri

F’aċċident li ma jitwemminx, kelb tat-triq f’Oman, sab u salva tarbija tat-twelid meta ġarrha f’ħalqu mid-deżert sa ġiet salvata min-nies. L-awtoritajiet f’Oman fetħu investigazzjonijiet wara li dan l-aċċident seraq l-attenzjoni tal-pajjiż kollu, bl-Għarab jaqsmu bejniethom l-informazzjoni permezz tal-internet.

L-istorja seħħet f’Kharbika, Oman. Raġel li kien qed isuq rota lemaħ kelb mitlub miexi fit-triq b’xi ħaġa f’ħalqu. Imbagħad lemaħ qtar tad-demm fit-triq u għalhekk mar qrib tal-kelb biex jarah mill-qrib. Ma setax jemmen lil għajnejh. Il-kelb kellu tarbija tat-twelid, li ma kinitx ilha mwielda aktar minn ftit sigħat u kienet għadha bil-kurdun imwaħħal.altIr-raġel ħaseb li l-kelb kien se jiekol lit-tarbija, u li seta’ jagħmel għalih, iżda hekk kif inġemgħu aktar nies, il-kelb deher jitlaq lit-tarbija minn ħalqu. In-nies skantaw bir-reazzjoni tal-kelb, l-aktar għax kien kelb mitluq! Huma qalu li l-ħarsa f’għajnejn l-annimal kellha elf tifsira…. “Għinuh” jew “x’dinja krudila.”

Jidher li l-kelb kien qed iqarreb lejn sptar (jew jipprova jsib wieħed) biex iwassal lit-tarbija fis-sala tal-emerġenza. It-tobba baqgħu perplessi għax ma emmnux lil għajnejhom, peress li t-tarbija ma kinitx feruta u min jaf il-kelb kemm kien ilu jżommha f’ħalqu.
Mirakolożament it-tarbija ġiet salvata!

Waqt li l-awtoritajiet fetħu investigazzjoni,biex jaraw x’wassal għal dan l-abbandun, il-pulizija ċċekkjaw l-isptarijiet kollha għax ħasbu li l-kelb seta’ seraq lit-tarbija minn xi wieħed mill-isptarijiet, iżda l-ommijiet kollha kellhom it-trabit tagħhom. Ebda tarbija ma kienet nieqsa.

Madankollu, xhieda fl-ispatrijiet qalu lill-pulizija li aktar kmieni, tifla marret fl-emerġenza u ma riditx lit-tabib jinvistaha, kemm-il darba kien se jagħmel xi referenza għat-twelid. Għalhekk ħarbet. 

Il-Pulizija hi tal-fehma li din it-tifla taf tkun omm it-tarbija. Wellditha u ħallietha xi mkien fejn in-nies ma setgħux isibuha, iżda l-kelb sabha u kien jaf fejn għandu jmur biex isalvaha!

U minn dan kollu jirriżulta wkoll li anki fl-aħrax tad-deset, il-klieb jistgħu jitqiesu bħala anġli neżlin mis-sema.