Ġawhar

Joseph Henry Abela, Qassis

altAktarx min ikollu l-ġid jiġbru, iħarsu, iżommu banda waħda biex ikun jista’ jieħu ħsiebu.

Malta għandha bosta ġawhar imxerred mal-pajjiż kollu. Knejjes żgħar li fihom ġieħ u li juru l-għożża li kellhom missirijietna għat-twemmin u kemm investew biex sabulhom post, fassluhom u bnewhom.

Mhux kollha qegħdin fl-aħjar qagħda! Illum min sab min iħobbu bħal il-knisja ta’ BIRMIFTUĦ, il-Gudja, u hemm min ma sabx bħal il-knisja taħt l-art f’Bormla li għad trid ssib il-kobor tagħha.

altL-ewwel ma ntebaħ kien KILIN, Mikiel Spiteri (20 ta’ Awwissu 1917 ir-Rabat, Malta – 8 ta’ Lulju 2008) * kittieb Malti li ħabb l-ilsien u d-djalett. Beda jħażżeż id-disinn tagħha u kiteb regolari fil-Leħen is-Sewwa biex jiftħlilna għajnejna u ngħożżuhom.

Fejn toqgħod int? Ġo belt jew raħal jew rħajjel? Taf kemm hawn knejjes żgħar u għal min huma ddedikati? Fittex, aqra u adotta kappella u ikteb fuqha, biex ta’ warajna jsibu kollox aħjar milli sibna aħna.

La tidħol fiż-żmien u tibda tterraq, tapprezza u jġarrab il-kenn int u tkun għad-dell tagħha.

Tarmix dak li missirijietna waqqfu u kabbru!

* Xogħlijiet

Saġġi u novelli

  • Burdati (1970)
  • Burdati 71 (1971)
  • Tlikki Tlikki ma’ Wenzu (1972)
  • Hawn Aħna, Wenz (1991)
  • Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan (1973)
  • Wara l-Għajn ta’ San Bastjan (1994)
  • Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996)
  • Għajnejn Kalanġ (1998) ġabra ta’ novelli

Drammi

  • Bl-Irġulija u bl-Onestà, deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma’ ġabra ta’ novelli.

Rumanzi

  • L-Għafrid (1975)
  • Tmint Ijiem fi Dragunara (1984)
  • It-Tapit Imsaħħar (1995)
  • Tinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).

Diversi

  • L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) traduzzjoni mill-Ispanjol ta’ El Dios en quien no creo (1969) ta’ Juan Arias.[4]
  • Sensiela ta’ ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967),
  • Nistqarr (1968)
  • Djar is-Sultana (1969)
  • Osanna (1978).