Joseph Henry Abela, Qassis

Il-ħajja ta’ kuljum tindera u ssir qisha rota bla kisra, bla heda, bla ferħ, bla gost, bla ħajra.
Għalhekk aħna nfittxu l-ġdid, il-ħoss, il-pjaċir, ix-xorb, il-briju. Briju jagħmel il-ħajja ferrieħa, siewja, iġennek. Ikliet, daqq, żfin, sparar tal-festi, baned. Imma jekk ma noqogħdux attenti malajr naqbżu l-qies. Il-ħaġa, l-għemil, l-imġiba jitlef il-gost tiegħu għax jibda jdejjaq, ikidd, imarrad, jinnervja.
Jekk ikun l-għaqal, minnek, minni, minna, ikollna ċertu ġieħ għal xulxin u jkun hawn wisa’ għal kulħadd. Jekk le, tikber it-tensjoni, id-dwejjaq u l-inkwiet.
Ta’ kuljum iweġġa’ r-ras u jekk ma tilqgħux issa, tista’ ssir straġi li ma tistenniex.