Nuqqas ta’ bruda

Joseph Henry Abela, Qassis
altFil-wieħed u għoxrin ta’Ġunju jibda s-Sajf. Is-sħana tkun bdiet qabel u ħafna jibdew iqaċċtu u jikxfu.
 
Tajjeb li min jikxef jilqa’ għax-xemx għax hawn għajta u mid-dehra hi minnha li l-mard tal-ġilda bla ħarsien kiber: moħħkom hemm l-iżjed għaċ-ċkejknin, nħarssuhom mill-qilla tax-xemx.
 
Hemm sħana oħra, tal-qalb u tal-moħħ. Is-sħana tal-qalb: meta xi ħadd iħobbna, nibżgħu għaliha, ma nittraskurawhiex b’xogħol, aljenazzjoni, bruda, għax kull għasfur ifittex bejta oħra jekk isib tiegħu magħluqa. Qalbek ħu ħsiebha għax jekk tinqasamlek bi traskuraġni tkun dħalt għaliha int u min jikriha joqgħod għaliha.
 
Is-sħana tal-moħħ tiġi bil-qari tal-ktieb f’idejk, tqalleb il-folji. Inqeda bil-mezzi moderni, imma taqra ktieb bil-qiegħda f’pultruna għad-dell ilek ma tagħmilha? Saqsi f’qalbek: kemm il-ktieb qrajt fis-sħana tas sajf ħeqq !