Żjara

Joseph Henry Abela, Qassis

Joseph Henry Abela, Qassis

Għandu mnejn għadha magħna, jista’ jkun li telqet, aktarx moħħha mar, jew tiddeffes f’kollox u tidħol fejn ma jesagħhiex. Hi min hi OMMOK!

U la taraha stenduta bla nifs fl-iqsar ħin għal taħt l-art, qalbek taħseb mod ieħor.

Żur, agħti rigal, ċempel, ibgħat kartolina, ieqaf, mur, kun hemm għax tajjeb jew ħażin hi ħadet ħsiebek. Minnu li hemm il-kummerċ u l-ward, rigal ifisser flus imma l-ferħ li jġib fl-omm, l-għarfien li uliedha għadhom iħossu, għad għandhom ħin għal dix-xwejħa, l-isptar jew d-dar, jiżboq kull rigal.

Hemm il-bniedem jintebaħ li għadu jħoss, hemm id-demm, hemm it-taħbit il-qalb. Tlaħħaq ma’ xiex, ma’ kemm u ma’ min? Jekk dawk li qattgħu ħin miegħek ta’ żgħir u ferħu u għenuk u issa li tinsab fuq saqajk tinsa, tiġi waqtek u ġġarrab l-istess.

Jum l-Omm jasal biex ifakkrek, biex jgħin bħal qanpiena ta’ knisja, bħal murtal iġibek f’siktek ta’ dak li suppost tagħmel mill-qalb, tagħmlu biex għallinqas ’il quddiem qalbek ma taqsamhiex.

Nifraħ lilek bħala Omm u Nanna!