Maltopja

Irrevedejna u aġġornajna r-regoli tal-logħba Maltopja sabiex ikunu aktar ċari u jinftiehmu aħjar.

Mistosqijiet frekwenti

Jekk se nilgħab bil-Gwardjani Lokali, fejn inpoġġihom fuq il-bord?

In-numru tal-Gwardjani Lokali fuq il-bord jiddependi fuq kemm-il plejer se jilgħab.

2 plejers
3 plejers
4–6 plejers
2 gwardjani lokali f’Malta u ieħor f’Għawdex
3 gwardjani lokali f’Malta u ieħor f’Għawdex
4 gwardjani lokali f’Malta u ieħor f’Għawdex

Qabel ma l-plejers jagħżlu minn liema reġjun jibdew, poġġi Gwardjan Lokali f’Għawdex u l-kumplament poġġihom fejn trid f’Malta, basta mhux aktar minn wieħed f’kull reġjun.

Jista’ gwardjan lokali jgħaddi minn fuq belt jew raħal, roundabout jew xi toroq fejn hemm plejers oħrajn?

Wara kull turn, plejer jista’ jmexxi wieħed mill-gwardjani lokali sa sitt passi. Il-gwardjani lokali jistgħu jgħaddu minn kullimkien imma jistgħu jieqfu biss fit-toroq. Il-gwardjani lokali ma jistgħux jagħmlu użu mill-bus lanes jew mill-mogħdijiet tar-roti. Plejer jaqla’ multa meta jkun immissu jilgħab u jgħaddi minn fuq l-istess kaxxa tal-gwardjan lokali, jew jasal fuq il-kaxxa tiegħu. Jekk fi triqtu jiltaqa’ ma’ żewġ gwardjani lokali jaqla’ żewġ ċitazzjonijiet.

Kemm-il gwardjan lokali jista’ jċaqlaq plejer f’kull turn?

Kull plejer jista’ jmexxi wieħed mill-gwardjani lokali sa sitt passi wara li jkun mexxa l-mezz tat-trasport tiegħu.

Fejn għandhom jitpoġġew il-pedini tal-avvenimenti speċjali?

Qabel ma tibda l-logħba, il-pedini tal-avvenimenti speċjali għandhom jitpoġġew waħda f’kull reġjun fuq kwalunkwe belt jew raħal.

Liema hi l-pedina tal-markatur u x’tagħmel biha?

Il-pedina tal-markatur għandha boxxla fuqha. Din tintuża biex timmarka liema rawnd qegħdin tilagħbu. Kull darba li jkunu lagħbu l-plejers kollha, jibda’ rawnd ġdid u l-markatur tar-rawnds għandu jitmexxa pass wieħed biex iżżommu kont f’liema rawnd wasaltu.

X’tagħmel jekk tlesti il-Miri u Tiri qabel il-15-il rawnd?

L-objettiv tal-logħba hu li jkollok l-akbar numru ta’ punti biex tirbaħ. Kompli żur il-lokalitajiet u ħu kards tal-Bliet u Rħula biex takkwista aktar punti. Jekk qed tilagħbu bl-avvenimenti speċjali tajjeb li tipprova tasal fuqhom billi dawn jippremjawk b’aktar punti.

X’jiġri meta plejer jgħaddi minn fuq roundabout?

Meta plejer ikun qed jimxi l-passi tiegħu u jasal fuq roundabout, il-plejer għandu jieqaf u jieħu kard mill-mazz tal-Ġamm tat-Traffiku u jsegwi l-istruzzjonijiet tal-kard. Jekk il-kard ma tgħidx mod ieħor, il-plejer jista’ jkompli jmexxi l-passi li jkun baqagħlu.

X’jiġri jekk jispiċċaw il-kards tal-Bliet u Rħula qabel il-15-il rawnd?

Il-plejers għandhom jibqgħu jilagħbu sakemm jispiċċaw il-15-il rawnd. Meta jiġu fuq xi lokalità ma jiħdux kards. Jekk qed tilagħbu bl-Avvenimenti Speċjali tajjeb li tipprovaw taslu fuqhom billi dawn jippremjawkom b’aktar punti. Jekk qed tużaw il-gwardjani lokali, provaw tellfu lill-plejers l-oħra biex twaħħluhom xi ċitazzjoni u ttellfuhom il-punti.