Ħġejjeġ bit-tyres tal-karozzi

Charles B. Spiteri
BDL Books - LaqtietSnin ilu, ħafna mill-irħula Maltin kienu jiftaħru bil-ħuġġieġa ta’ San Ġwann – drawwa li qed tnin bil-mod il-mod. Iżda mhux hekk f’Belfast. Bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 12 ta’ Lulju f’nofsillejl, sar in-nar annwali mil-lealisti Protestanti. Dawn jagħmlu ‘torri’ ta’ tyres tal-karozzi, li jkun ogħla minn 100 pied, biex ifakkru l-Battalja tal-Boyne, u jaħarquhom.
BDL Books - LaqtietDin il-ġrajja li ssir kull sena tara total ta’ 550 parata fl-Irlanda ta’ Fuq, fejn ikun hemm mijiet ta’ pulizija extra għassa ma’ kull triq. Fis-snin mgħoddija l-uffiċjali tal-pulizija kienu jkunu ssuttati u mweġġgħa bil-bricks, fliexken u bombi tal-petrol. Is-sena l-oħra kienu sparati wkoll xi tiri u ntefgħet bomba lejhom f’Ardoyne. Iċ-ċelebrazzjoni tfakkar it-telfa tar-Re Kattoliku James, mill-Protestant William of Orange, fl-1690, li kienet waħda mit-tidwiriet ewlenin fl-istorja Irlandiża.
BDL Books - LaqtietKultant, it-tyres li jingħataw in-nar, jammontaw għal eluf, li jarmu ilsna tan-nar ħoxnin, b’duħħan velenuż mil-lastiku jaqbad. Hu magħruf li l-ħruq tat-tyres hu illegali, u ħaddiema tal-kumitat mhux darba u tnejn neħħewhom minn fuq xulxin. Minħabba f’hekk, f’dawn l-aħħar snin kien qed ikun hemm irvellijiet fit-12 ta’ Lulju.
BDL Books - LaqtietDin is-sena wkoll, turrun tyres li kienu jlaħħqu l-40 pied, waqa’ fuq bini, għaxar mili ’l barra mill-belt. Hu magħruf ukoll li n-numru ta’ inċidenti kawżati minn din il-ġrajja, qiegħed kulma jmur jonqos. Fl-2011, kien hemm 49 sejħa bejn is-6 p.m. tal-11 ta’ Lulju u t-8 a.m. tat-12 ta’ Lulju. Is-sena li għaddiet, is-sejħiet niżlu għal 29.