
Bejniethom, bil-kuraġġ li juru meta jaffrontaw lill-kukkudrilli, jimpressjonaw lil udjenzi li jibqgħu mwerwrin meta jżuru l-wirja tar-rettili fiz-zoo.
Att minnhom juri lill-għalliem jiġri ġirja, jitkaxkar fl-art u jiġi wiċċ imb wiċċ mal-kukkudrill, waqt li jbusu fuq imnieħru, mingħajr ma jagħmel għalih. U biex ma tibqax lura, il-mara traqqad lill-kukkudrill l-ieħor permezz ta’ qasba tal-bamboo u mbagħad iddaħħal rasha bejn ix-xedaq miftuħ tal-annimal bi snien ippuntati u tal-biża’.

Iżda minkejja l-perikli, għadek issib numru sew ta’ nies li kull sena jmorru jinkitbu biex iħarrġu lill-kukkudrilli.