Rikuża

Martin Morana

RIKUŻA   Terminu legali. Talba li ssir minn xi parti f’kawża, sew jekk kriminali u wkoll jew ċivili, biex il-ġudikant ma joqgħodx fil-kawża, u dan għal xi waħda mir-raġunijiet li jsemmi l-Kodiċi tal-Proċedura u/jew minħabba ksur ta’ xi dritt fundamentali u kostituzzjonali tal-individwu. Ir-rikuża hija intimament marbuta mal-bażi stess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. It-terminu  ġej mill-verb Taljan ricusare – jiġifieri rrifjuta jew waqqaf milli jsir xi proċediment; ma aċċettax li jkun inkarigat xi ħadd partikulari. Eż. Il-gvern irrikuża tnejn mill-imħallfin. Jew, ‘Il-President tal-Qrati rriġetta r-rekużazzjoni tiegħu.’

Ħajr: L-Imħallef Emeritu Philip Sciberras.