Meqjus

Joseph Henry Abela, Qassis
altMin jaqta’ mingħajr ma jqis, minn mitt jarda ma joħorġx qmis u mit xejn qatlu ħmar!
 
Il-qies xieraq f’kollox, kliem, sewqan, irqad, infiq, ħruġ, qari, ħbieb. Meta għax m’intix nieqes ma żżommx riedni jisgħobbik. Waqfien ta’ karozzi kif ġie ġie, twieġeb it-telefon tgħajjat, taqtagħha qabel tisma’. Kollox iġib it-taħwid u t-taqlib.
 
Ara l-pittura u l-iskultura u l-kitba: jidħol il-qies. It-tul jgħejja, it-toqol jimbotta, u t-traskuraġni ddejjaq. Bnedmin li għaddew minn xi xkiel u naraw, bil-qies ħarġu bil-ġieħ. Qies ma jfissirx tibqa’ lura jew tiskot jew taħrab.
 
altIfisser li skont l-ambjent tkejjel x’inhu l-aħjar. Tkun taf il-ħolm lil min tgħidu. Tkun taf lil min titlob l-għajnuna, u min iwiegħdek u ma jasalx. Il-qies jgħinek ma titfixkilx u qalbek ma tinqasamx.
 
Il-Qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.
 
Hekk trid tkun?