Metro lussuża fl-Arabja Sawdija

Charles B. Spiteri
altIl-passiġġieri tal-Underground  f’Londra dalwaqt jibdew jgħiru għall-aktar sistema tal-metro lussuża fid-dinja li se tkun lesta fi ftit snin.
 
B’dehra minn ġewwa li titqies bħala lukanda b’ħames stilel, ix-xogħol propost f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija, se kollu disinn spazjali, b’passaġġi tal-irħam, ħitan miksijin bid-deheb u naturalment — peress li hu post sħun immens – sistema mill-aqwa ta’ arja kundizzjonata.
 
Il-faċċata se tkun magħmula b’mod li taċċetta li d-dawl jidħol ġewwa, waqt li fl-istess ħin tilqa’ s-sħana ħarxa tad-deżert.
 
Il-binja se jkollha sitt linji differenti li jitħaddmu flimkien, u sar il-ftehim mir-Re Abdullah li trid titlesta f’erba’ snin biss – l-istess żmien li ħadu l-bennejja fi New York biex irrinovaw stazzjon wieħed.
 
Li aktar jiffrusta lill-Ingliżi ta’ Londra hu l-fatt li din is-sistema ġdida għall-Għarab, kienet disinjata minn Zaha Hadid, perit nofsu Ingliż, li wettaq numru ta’ żviluppi moderni mad-dinja kollha.
 
Dan il-perit bl-uffiċċju f’Londra hu nofsi Iraqin u kien il-moħħ wara l-iżviluppi fil-Pjazza tal-Kapitali Hoxton u f’Eaton Place, kif ukoll fi proġetti internazzjonali fi bliet, fosthom New York, Singapore u Dubaj.