Sejba ta’ fdal ta’ sagrifċċji umani

Qed ikun maħsub li sensiela ta’ għerien jinfdu taħt l-art f’Belize setgħu intużaw biex jittraffikaw tfal Mayas, sa mill-età ta’ sitt snin biex ikunu sagrifikati. Instabu ħafna snien fost l-eluf ta’ għadam uman imferrex fl-għar magħruf bħala l-Għar tat-Terrur ta’ Nofsillejl, u minn studju li sar jirriżulta li kollha huma ta’ tfal bejn is-sitt snin u l-14-il sena.

Sejba ta’ fdal ta’ sagrifċċji umani BDL Books

Minn analizzar kimiku nstab li oriġinalment, dawn it-tfal ma kinux mid-Distrett Cayo, fejn jinsab l-għar. Allura bilfors li twasslu fil-post f’numru qawwi. L-għar jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Belmopan qrib il-
Komunità Mennonita, fi Springfield. Instab fl-2006 u kien rappurtata lill-Istitut tal-Antropoloġija minħabba l-kwantità enormi ta’ għadam uman li nstab. L-istudenta Samantha Lorenz, li kienet parti mill-grupp ta’ esperti qalet li ma jirriżultax li t-tfal kienu minn Belize.

​Għalhekk bilfors li t-tfal waslu minn xi mkien ieħor, u għar-raġuni unika li jkunu offruti bħala sagrifiċċju. U peress li kien hemm ħafna minnhom, kollha ġejjin mill-istess post, irid ikun studjat kienx hemm xi ħidma kummerċjali fit-traffikar tat-tfal. L-ewwel dawl li dan l-għar seta’ ntuża għas-sagrifiċċji umani ngħata minn Dr James Brady, professur tal-antropoloġija fl-Università Statali ta’ Kalifornja, fir-rapport tiegħu: osservazzjonijiet Preliminarji fuq l-investigazzjoni tal-Għar tat-Terrur ta’ Nofsillejl f’Belize.