Tħares madwarek u taqra l-aħbarijiet u tilmaħ li nies li taf, għandhom il-flus, irnexxew.
Għamlu dak li xtaqu biex nitkellmu hekk, waslu. X’għamlu iżjed minni ? Ippruvaw ħa jaraw x’jistgħu jagħmlu u biċċa minn hawn u biċċa minn hemm waslu.
Bosta artisti ta’ ġieħ bdew mill-għaks u negozjanti raw il-qiegħ, imma baqgħu. Jiġini f’moħħi minnufih Erin Serracino Inglott (L-Isla, 16 ta’ Ottubru 1904 – 22 ta’ Awissu 1983) bl-opra tiegħu, ‘Il-Miklem’.
Inti tista’: għalhekk ipprova !
Namra: drawwa li togħġbok u tferrħek. Għandek: Taf li tista’ ma’ tkunx taf li għandek ! Għaliex it-tfal jirnexxu ? Għaliex iridu jidhlu f’kollox u xi ħaġa tinteressahom u jidħlu għaliha ? Xi xtaqt tagħmel u ma’ stajtx fit-tfulija, jew minħabba flus, żmien, u għajnuna?
Issa li kbirt idħlilha u tintebaħ li issa tħossok tinqala’, issir qalbek sħiħa u ruħek ferrieħa u tara d-dinja b’lenti oħra.
X’se tagħmel ?