Peduni ġodda flok żarbun!

Il-maġġoranza tan-nies jilbsu l-peduni għax iħossuhom aktar komdi fiż-żraben, iżda nibtet kumpanija li ddisinjat par peduni li jistgħu jintlibsu flok iż-żarbun.Peduni flok żarbun! BDL Books

Il-peduni FYF, li tfisser Free Your Feet, huma ddisinjati biex jintużaw għall-isport u bħala żarbun fl-istess ħin.
Hi magħmula minn materjal magħruf bħala Dyneema, li jintuża fil-ħbula tax-xabbaturi tal-għoljiet, u hu 15-il darba aktar b’saħħtu mill-azzar.

Il-peduni, li qed ikunu magħmulin mill-kumpanija Żvizzera Barefoot Company, huma magħmulin b’mod li jintlibsu bħal ingwanti; kull subgħa jidħol fil-post tiegħu.

Huma nħadmu wkoll b’mod li jkunu reżistenti għall-ilma, waqt li fil-qiegħ għandhom dawriet tal-lastiku li jipprovdu qabda f’kull tip ta’ art. Dawn l-istess peduni jistgħu jintużaw għal varjetà kbira ta’ sport, fosthom ġiri, surfing, għadds u wkoll għall-mixi fuq il-ħbula.