Il-Bużnanna, In-Nanna u L-Omm
F’ġieħ il-mara Maltija li żammet il-familja.
Taħleb in-nagħġa filgħodu u l-ħalib fil-barmil taż-żingu jew bieqja żgħira u tagħmlu fil-barmil.
Trab mill-pilloli tfarrakhom u tqegħidhom fil-qwieleb. Wara tnax-il siegħa ħa jibbiesu u tqegħidhom fil-qanniċ. Jumejn biżżejjed fis-sajf. Fix-xitwa iżjed. Billejl jibqgħu hemm iqattru.
Xħin jinxfu sew tagħmilhom fil-ħall iswed mgħerrqin u mbagħad fil-bieqja. Erbat ijiem fil-ħall. Wara tagħmel bżar iswed u jkollhom il-bżar fuqhom. Magħmul jaħraq, ġo vażett, il-bżar ġol-vażett u ħall fuqu. Iżżid il-ħall jgħidulu semel. Magħluq tajjeb, bla arja, il-flixkun għax jitnawru u jmorru.
Tifsiriet:
Bieqja: skutella
Qanniċ: gabarrè tal-qasab li fuqu jitqiegħdu l-ġbejniet biex jinxfu
Semel: butir
Żingu: tal-ħadid (irqiq)
Bl-għajnuna ta’ Joe Camilleri, bidwi Mosti Malti u tfajla Maltija li tagħmel il-ġbejniet kuljum.
Ġawhar
Aktarx min ikollu l-ġid jiġbru, iħarsu, iżommu banda waħda biex ikun jista’ jieħu ħsiebu.
Malta għandha bosta ġawhar imxerred mal-pajjiż kollu. Knejjes żgħar li fihom ġieħ u li juru l-għożża li kellhom missirijietna għat-twemmin u kemm investew biex sabulhom post, fassluhom u bnewhom.
Mhux kollha qegħdin fl-aħjar qagħda! Illum min sab min iħobbu bħal il-knisja ta’ BIRMIFTUĦ, il-Gudja, u hemm min ma sabx bħal il-knisja taħt l-art f’Bormla li għad trid ssib il-kobor tagħha.
L-ewwel ma ntebaħ kien KILIN, Mikiel Spiteri (20 ta’ Awwissu 1917 ir-Rabat, Malta – 8 ta’ Lulju 2008) * kittieb Malti li ħabb l-ilsien u d-djalett. Beda jħażżeż id-disinn tagħha u kiteb regolari fil-Leħen is-Sewwa biex jiftħlilna għajnejna u ngħożżuhom.
Fejn toqgħod int? Ġo belt jew raħal jew rħajjel? Taf kemm hawn knejjes żgħar u għal min huma ddedikati? Fittex, aqra u adotta kappella u ikteb fuqha, biex ta’ warajna jsibu kollox aħjar milli sibna aħna.
La tidħol fiż-żmien u tibda tterraq, tapprezza u jġarrab il-kenn int u tkun għad-dell tagħha.
Tarmix dak li missirijietna waqqfu u kabbru!
* Xogħlijiet
Saġġi u novelli
- Burdati (1970)
- Burdati 71 (1971)
- Tlikki Tlikki ma’ Wenzu (1972)
- Hawn Aħna, Wenz (1991)
- Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan (1973)
- Wara l-Għajn ta’ San Bastjan (1994)
- Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996)
- Għajnejn Kalanġ (1998) ġabra ta’ novelli
Drammi
- Bl-Irġulija u bl-Onestà, deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma’ ġabra ta’ novelli.
Rumanzi
- L-Għafrid (1975)
- Tmint Ijiem fi Dragunara (1984)
- It-Tapit Imsaħħar (1995)
- Tinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Diversi
- L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) traduzzjoni mill-Ispanjol ta’ El Dios en quien no creo (1969) ta’ Juan Arias.[4]
- Sensiela ta’ ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967),
- Nistqarr (1968)
- Djar is-Sultana (1969)
- Osanna (1978).
Manjieri

Timla Rasek!

Ħaqq l-indafa!
Li timxi fuq bankina u tara l-indafa u li t-toroq ikunu xummiema tifraħ u togħxa u tedha li jirbaħ il-qies. Hekk għandu jkun.
Imma tiltaqa’ ma’ persuni li huma mġienen fuq l-indafa u l-indafa tiġi qabel in-nies. Waqt l-ikel iqumu qabel u jibdew inaddfu u jagħtuk l-impressjoni li iżjed ma tħaffef biex titlaq ikun aħjar.
Ma jkunux nies li tista’ tidħol fil-fond tal-ħbiberija u tħoss li jibqgħu dejjem fil-qoxra tal-ħajja. Iebsa li jkollok persuna li tkun hekk għax tbati u s-suġġett ikun bla ħniena: ħasil, toroq, ħwejjeġ, kċina. Dawn għandhom ikunu, imma mhux il-ħin kollu, għax il-bniedem jibda jħossu waħdu u jibda jaqta’ u jfittex band’oħra. Dan jgħodd kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
Jekk tista’ u tintebaħ li int ixxaqleb lejn indafa żejda, ħu ħsieb u rranġa, għax ma tkunx qed tagħmel il-ġid, la lilek u l-anqas l-oħrajn.
Nixfa


Meqjus


Ħabta u Sabta


Żjara

37×11
