LABRÈ Skont l-għajdut tal-folklor Malti, San Benedittu Ġużeppi Labrè kien żar Malta u Għawdex. Skont it-tradizzjoni, matul din il-miġja l-qaddis kien żar is-Santwarju tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla u dak tal-Mellieħa, u kien jitlob fuq it-taraġ ta’ San Ġakbu, fi Triq il-Merkanti. F’Għawdex żar il-Kunċizzjoni tal-Qala, il-Matriċi ta’ Santa Marija (illum il-Katidral), is-Santwarju tal-Grazzja u l-Kapuċċini, u kien ukoll jitlob fuq iz-zuntier ta’ San Ġorġ, ir-Rabat. Fl-istess belt hemm kappella fi Triq Fortunato Mizzi, qrib fejn kien hemm il-Kamra tal-Lampa, li jgħidu li kien jorqod fiha. Hawn illum hemm statwa ta’ dan il-qaddis. Sors: Anton F. Attard. Ara aktar fil-ktieb Bejn Kliem u Storja.