
Dallin Smith, minn Provo f’Utah, għamel dan is-siġġu mill-ħbula li m’għadux juża meta jixxabbat.
Hekk kif tinżel ix-xemx, Dallin imur hu stess f’dan is-siġġu marbut sew mal-ġenb tal-muntanja u joqgħod iħares lejn il-veduta mill-isbaħ ta’ quddiemu.
Dallin, disinjatur industrijali sab il-post perfett u waħħal is-siġġu f’għoli ta’ 350 pied ’il fuq mill-art f’Rock Canyon.
Il-provi tas-siġġu saru minn Dallin innifsu u t-tfajla tiegħu Chelsea Katseanes, li hi wkoll xabbatura.