
Manuel Uribe, li fl-2006 kien ċertifikat mill-Guinness World Records bħala li jiżen 1,230 libbra kien naqas għal 867 libbra.
Il-mewt ta’ Uribe kienet konfermata minn uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa tal-istat ta’ Nuevo Leon, fejn tinsab il-belt ta’ Monterrey. Hu kien iddaħħal hemm snin qabel, peress li ma setax jimxi waħdu. Barra minn hekk kellu problemi bil-qalb. Biex twassal l-isptar kellu jintuża krejn mill-ħaddiema tal-emerġenza u tal-protezzjoni ċivili.

Aktar qabel, meta kien jiżen 280 libbra, Uribe kien miżżewweġ lil Solis, iżda meta beda jeħxien b’mod drammatiku, ir-relazzjoni tagħhom saret diffiċli, u talbet għad-divorzju.
Il-ħxuna enormi tiegħu bdiet tidher sew fl-1992. Imbagħad, fl-2007 stqarr mal-ABC News li għamel kull dieta li wieħed jista’ jimmaġina, iżda ma kiseb ebda riżultat.
Sa mis-sajf tal-2002 Uribe spiċċa fis-sodda, jiddependi minn ommu u l-ħbieb biex jitimgħuh u jnaddfuh.