Dgħajjes tal-karti

altIs-sema ikrah. Skur ħafna. Se tagħmel ix-xita minnmument għall-ieħor. Ma nixtieqx noħroġ nilgħab fit-terrazzin, għalkemm diġà ħriġt biex għalift lit-tiġieg, lill-fniek u lill-ħamiem.

Ġewwa, għalkemm il-kmamar huma kbar, hawn ħafna iktar sħana. U mil-logħob m’jiniex nieqes. Qed nifrex il-kotba tat-tpinġija fuq il-mejda tal-pranzu li għandna fis-sala. Noqgħod inpinġi ftit biex ikolli x’nagħmel.

F’daqqa waħda ragħda u ħoss qawwi ta’ xita nieżla. Ix-xita nħobbha u isbaħ mill-gallarija m’hawnx, fejn nista’ ngawdiha. It-triq tindaf minnkollox. Anki min-nies, li soltu telgħin u neżlin, min għax-xogħol, min għax-xirja u min għal passiġġata. Jidhru biss uħud jiġru bla għata jew b’umbrella fuq rashom.

Il-ftit karozzi li għaddejjin, jisprejjaw l-ilma li jirfsu lejn il-bankini. Fit-triq tagħna, Triq San Ġużepp fil-Blata l-Bajda, il-bankini huma għoljin u ma’ kull naħatat-triq hawn qishom gandotti maċ-ċinta tagħhom, biex l-ilma tax-xita jaqa’ malajr fihom u jmur fil-baħar.

Fil-gallarija, fejn hawn l-iskrivanija taz-ziju Fred hawn mejda ċkejkna li ġieli nagħmel il-homework  fuqha. Din il-gallarija tiġi eżatt fuq il-bieb tal-ħanut tan-nannu. Filgħaxija, in-nannu Karm itella’ miegħu l-gazzetti li ma jkunx biegħ biex imbagħad jagħtihom lil raġel tal-istamperija li jiġi biex jitħallas u jieħu l-gazzetti mhux mibjugħa.

F’jum bħal dan, jien l-għors tiegħi inqatta’ paġna minndin, u oħra mill-oħra bla ma jagħtu fil-għajn. Metanqatta’ xi sitt gazzetti differenti, nintefa’ fuq il-mejda ċ-ċkejkna u nagħmel id-dgħajjes tal-karti. Tgħallimt mill-iskola kif nagħmilhom u għandi żewġ mudelli. Wieħed li d-dgħajsa tiġi kemxejn kbira u l-ieħor tiġi iżgħar bl-istess daqs ta’ karta iżda jkollha żewġ tined fuq kull tarf tad-dgħajsa.

Bħalissa n-nannu żgur ma joħroġx fil-bieb tal-ħanut, għax il-kesħa. Allura bil-mod il-mod niftaħ purtella waħda u b’saħħti kollha nixħet dgħajsa għal taħt il-bankina. Metama jiġux laġenba jkunu sbieħ ‘jaqdfu mat-tranja’ tal-gelgul tal-ilma li jkaxkar kollox mit-triq.

Imbagħad f’daqqa waħda d-dgħajsa ssib l-ewwel gandott. Iddur tnejn fil-kurrent tal-ilma u dritt għal isfel hi wkoll. Waħda waħda nitfa’ s-sitt dgħajjes. Jekk xi waħda ma tiġix fil-gelgul ta’ ilma, nitfa’ oħra u oħra u fl-aħħar noħroġ mid-dar inkiss inkiss biex inqiegħda fl-ilma jien stess.

Metajidlam, jinstama’ leħen ta’ xi ħadd ibigħ. In-nanna tittawwal mill-gallarija. Jien nittawwal ukoll. Raġel qsajjar, bil-qorq għalkemm fix-xita, jiġbed ħmar, li min-naħa tiegħu jiġbed karru bil-wiċċ mgħotti. “Min inbigħlu sfineġ, min inbigħlu bigilla”.

L-ikla tal-lejla hekk se tkun. In-nanna qed tgħidli biex immur nixtri. Sfinġa tal-bakkaljaw, tfuħ immens tliet soldi ’l waħda. B’sikpenz bigilla. timla sjuna mdaqqsa. Sakemm tagħtini l-flus u sjuna, tal-bigilla jilħaq jitbiegħed ġmielu, għax meta ma jwaqqfu ħadd biex jixtri, jibqa’ miexi jgħajjat l-għajta tal-bejgħ.

Metanixtri l-bigilla ngħidlu jitfagħli l-bżar. Dan mhux bħal tad-dar, frak fil-bott, iżda likwidu aħmar nar. Jgħiduli li hu magħmul mill-bżar aħmar. U waħdu tgħidx kemm jaħraq!