Karrakka

Martin Morana
altKARRAKKA   Dwar il-paragrafu li jidher f’Bejn Kliem u Storja, fejn hi deskritta l-karrakka tal-Ordni, u l-analoġija ma’ xi karozza antika, hi ħaġa stramba li Mikiel Anton Vassalli ma jagħti l-ebda referenza għall-karrakki tal-Ordni ta’ San Ġwann. Hu jiddeskrivi l-karrakka bħala dak il-bastiment li xogħlu kien li jħammel qiegħ il-baħar. Minflok, Vassalli jgħid li din kienet kelma li tirreferi għal dik il-qoxra tal-baħar li kienet tnaddaf il-qiegħ tal-baħar mill-ħama (stromento con cui si purgano i porti. Donna grossa e grassa). Din tal-aħħar hi metafora li tikkorrispondi mal-kliem dispreġġattiv li jingħad meta xi ħadd jiddeskrivi xi mara ħoxna.