

Il-koka minn Tokjo tuża l-kuluri tal-ikel, soy sauce u l-green wasabi, biex tagħti l-kulur lir-ross, ħalli tagħmel il-kreazzjonijiet ‘makizushi’ jew sushi rrumblat.
Skont it-tradizzjoni, l-ħaxix tal-baħar, ir-ross u l-ingredjenti l-oħra – bħal ħut nej, ġinġer u ħaxix – jinfirxu fuq tapit tal-mejda, magħmul mill-bamboo, jiġu rrumblati u mqattgħin fi tmien partijiet. Iżda għal Tama-chan, qabel ma tqattagħhom tagħti l-kulur għad-disinn li tkun tixtieq. Dan ikun il-waqt li tant tistenna, biex tara li d-disinji tal-makizushi tagħha, joħorġulha tajbin, għax sa ma taqsam ir-romblu, ma tkunx taf eżatt kif se joħorġilha x-xogħol.

Tant daħlet fil-ħidma tagħha, li sa ħolqot website bl-isem Sushi smile of Tama-chan. Fiha tiddeskrivi l-missjoni tagħha biex tinkuraġġixxi l-edukazzjoni u l-gost fl-ikel permezz ta’ dan l-ikel Ġappuniż.
Ġeneralment, il-koki Ġappuniżi tas-sushi jieħdu taħriġ ta’ 20 sena – għalkemm hemm korsijiet iqsar għal dawk li jaħdmu f’ristoranti esklussivi, barra l-Ġappun.