Meta?

Joseph Henry Abela, Qassis

Joseph Henry Abela, Qassis

Kliem li jinstemgħu sikwit hu ‘Għandi x’nagħmel. Ma nafx kif se nlaħħaq’. Malajr tħoss li żejjed, fin-nofs, xkiel u jogħla lqugħ bejn persuna u oħra.

Meta jinqala’ funeral, il-ħsieb imur u ta’ ħasra kif ma tajtx daqqa t’għajn, kif ma’ żortx u fik ikun hemm dik l-għafsa ta’ qalb li tlift ġrajja ta’ ħajja. Meta se nitgħallmu nqassmu u nfasslu u nlaħħqu man-nies, ħbieb, qraba?

Jekk fil-ħajja nistrieħu fuq ix-xogħol b’mod li jsir fruntiera bejnietna u bejn ħaddieħor inkunu sirna magna u nitilfu jekk mhux aħjar tlifna li nduqu, li nsoffu, li nġarrbu l-ġmiel, is-sabiħ, il-ħelu, dak li jgħaxxaq.

Meta taqtagħha li tintelaq, kemm kemm tieħu r-ruħ int u ta’ madwarek u x-xogħol isir b’iżjed ħeġġa u suċċess.