Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd!

Charles B. Spiteri

BDL Books - LaqtietGħal ħafna u ħafna snin din il-barbuna (halibut) taf ħarbet minn kull theddida għal ħajjitha… iżda fl-aħħar, inqabdet ukoll… b’qasba u sunnara!

Minn kif tidher, din il-ħuta ġganteska, li jingħad li għandha 150 sena, spiċċat inqabdet lejn il-kosta tan-Norveġja. Metattellgħet mill-baħar, instab li kienet tiżen 194 kilo.

Kien rappurtat li din il-ħuta ġganteska tiżen 20 darba l-medja tal-piż tal-ispeċi tagħha u minnha jistgħu jieklu aktar minn 500 persuna.

Dean Roberts, is-sajjied li qabad il-ħuta, iddeskrivieha bħala ‘mostru’.

BDL Books - LaqtietAktar tard bagħatha f’Hull, Yorkshire, fejn intiżnet biex bejn wieħed u ieħor jistabbilixxu l-età tagħha. Hu magħruf li għal kull sena, ħuta ta’ din il-kwalità tkun tiżen kilo, u mingħajr ras, wiżnet 169 kilogramm. B’hekk kien stabbilit li din il-barbuna avventuruża, u li dejjem beżgħet għal ħajjitha, għandha madwar 150 sena!

Roberts kellu diversi talbiet minn ristoranti f’Londra biex ibigħhielhom, peress li hi meqjusa bħala ħuta mfittxija. Għaliha ġa kien offrut is-somma sabiħa ta’ €3,567.

Minkejja l-kobor enormi tal-barbuna, intqal li mhix l-ikbar waħda li nqabdet s’issa. F’Lulju, il-Ġermaniż Marco Liebenow qabad waħda ta’ madwar 232 kilo. Kien ħa siegħa u nofs biex tella’ l-ħuta ta’ disa’ piedi f’wiċċ il-baħar u sab li kienet kbira wisq biex itellagħha fid-dgħajsa ċkejkna li kellu.

Il-qabda ta’ qabilha, li wkoll kienet tqieset bħala l-akbar waħda ta’ barbuna, inqabdet fl-2010 mis-sajjied veteran Ġermaniż Günther Hansel, ta’ 70 sena. Hi kienet tiżen 220 kg u nbiegħet għall-prezz ta’ €2,498.