Għajnuna lil-Librerija

SKEMA TA’
GĦAJNUNA LIL-LIBRERIJA
TAL-ISKOLA TIEGĦEK

Din l-iskema maħsuba biex il-libreriji tal-iskejjel jew tal-klassijiet ikomplu jistagħnew b’għadd ta’ kotba kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż għall-istudenti li jħaddnu. BDL qed tħaddem din l-iskema b’għażla kbira ta’ kotba u logħob kemm għall-iskejjel tal-Primarja kif ukoll għal dawk tas-Sekondarja.

Benefiċċji tal-iskema

  • Għal kull ktieb jew logħba li l-istudenti jixtru f’din l-iskema, il-kumpanija BDL tagħti lura lill-iskola madwar nofs l-ammont tal-valur tal-ktieb f’forma ta’ voucher biex permezz tiegħu l-iskola tkun tista’ tixtri kotba li jkomplu jagħnu l-libreriji fl-iskejjel.
  • Kull student li jixtri xi ktieb jew logħba f’din l-iskema jingħata voucher ta’ 25% fil-mija biex jixtri kotba għalih innifsu għal-librerija personali tiegħu.

BDL Books - Voucher 25% Skont Skejjel

Xi rrid nagħmel biex inħaddem l-iskema fl-iskola tiegħi?

L-iskola tista’ tikkuntattja lil BDL billi tibgħat email fuq schools@bdlbooks.com sabiex jintbagħtulha l-fuljetti li jagħmlu parti minn din l-iskema biex jitqassmu lill-istudenti.

Kif taħdem l-iskema?

  1. Ngħaddulkom fuljetti stampati bl-informazzjoni tal-iskema u tal-ktieb abbinat magħha.
  2. Dawn il-fuljetti jitqassmu lill-istudenti.
  3. Jinġabru lura l-fuljetti bid-dettalji tal-istudenti u l-ħlas tal-ktieb.
  4. L-iskola tgħaddi l-ordni bit-total tal-kotba lil BDL.
  5. BDL jibgħat il-kotba ordnati lill-iskola biex jitqassmu lill-istudenti.
  6. L-iskola tirċievi wkoll il-voucher bl-ammont intitolat skont in-numru ta’ kotba ordnati.
  7. L-istudenti jingħataw voucher ta’ 25% mal-ktieb jew logħba li jordnaw li jista’ jissarraf mill-ħanut ta’ BDL, f’San Ġwann.

 

BDL Books - Certificate Skema Għajnuna lil-Librerija

Eżempji

Jekk l-istudenti jordnaw 100 Dizzjunarju bil-Malti għat-Tfal, li jiswa €14.95, BDL jagħti lura lill-iskola voucher ta’ €800 biex tixtri kotba għal-libreriji tagħha kif ukoll 100 voucher ta’ 25% skont biex jitqassmu lill-istudenti mad-dizzjunarju li jkunu ordnaw.

Kampjuni tal-fuljetti