
In-New Century Global Center f’Chengdu, proviniċja ta’ Sichuan fih kobor ta’ 19-il miljun pied kwadru u fih ċentri sħaħ ta’ ħwienet, villaġġ Mediterranju, water park, ice-skating rink u numru ta’ lukandi.
Naturalment, il-viżitaturi f’dan il-bini msaqqaf bil-ħġieġ, m’għandhomx għax jinkwetaw minħabba t-temp, għax dan il-kumpless ġgantesk għandu x-xemx artifiċjali tiegħu.

Liu Xun, gwida Ċiniż qal li din il-‘belt’ mibnija mill-umani, għandha fiha xemx artifiċjali li tipprovdi dawl u sħana għal 24 siegħa kuljum, għal dawk li jkunu jridu jagħmlu x-xirja tagħhom jew l-oħrajn li jridu jżuru l-400,000 metru kwadru ta’ ħwienet u mħażen.