Tinstab Mummja tas-Seklu 11

Ftit żmien ilu x-xjenzjati baqgħu mistagħġbin bdak li rriżulta minn CT scan li għamlu fuq statwa ta Buddha li tmur lura għas-Seklu 11 jew 12. BDL Books - Laqtiet

Huma sabu li l-fdalijiet ta patri kienu magħluqin fl-istatwa. Erik Bruijn, espert tal-Buddiżmu, li kellu idea li fl-istatwa kien hemm il-fdalijiet ta persuna, mexxa l-istudju li wassal biex ikun magħruf li l-mummja kienet ta għalliem Buddist, mill-Iskola tal-Meditazzjoni Ċiniża.

Is-CT scan u l-endoskopija saru mill-Mużew Drents, fiċ-Ċentru Mediku fMeander fl-Olanda. Għalkemm kien magħruf li l-mummja kienet fl-istatwa, ħadd ma kien jaf li l-organi tal-għalliem kienu tneħħew minn ġismu.