Qana

Martin Morana

QANA   Mhix kanal tal-ġebel, imma bħal speċi ta’ ħawt ftit usa’ mill-bramel tas-sienja, u timtela bl-ilma meta dawn iferrgħu l-ilma għal ġo fiha. Il-qana tkun magħquda mal-kanali tal-ġebel, li jwasslu l-ilma fejn iridu l-bdiewa. Hemm ukoll il-qana tal-bir, bħal ħofra ċatta ħdejn il-bir biex l-ilma tas-sieqja jinżel l-ewwel ġo fiha. Nota: Il-vokali ta’ din il-kelma huma qosra bħal f’qata’.

Sors: Anton F. Attard.