Ifli bir-Reqqa – L-ewwel stampi

Ifli bir-Reqqa – L-ewwel stampi hija logħba edukattiva li tgħin lit-tfal itejbu l-ħiliet tal-osservazzjoni u tal-memorja. Hija ideali għal tfal minn erba’ snin ’il fuq u tista’ tintlagħab id-dar, l-iskola kif ukoll f’xi ristorant, eċċ.

Dawn li ġejjin huma ftit temi u punti għad-diskussjoni marbutin mal-kards ta’ din il-logħba. L-għalliema tista’ tieħu spunt minn dawn it-temi u l-punti biex toħloq diskussjoni fil-klassi, tagħmel xi attivitajiet marbutin ma’ dawn it-temi jew toħloq xi forom ta’ kitba kreattiva għall-istudenti.

Tista’ takkwista din il-logħba minn hawn.

1. Ħdejn il-Baħar

Temi għad-diskussjoni

  • Ir-raġġi UV
  • L-indafa
  • Bajjiet u postijiet ħdejn il-baħar f’Malta
  • Is-sajf

Punti għad-diskussjoni

  • Nipproteġu ruħna mix-xemx
  • Ma nħallux ħmieġ warajna
  • X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
  • Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram, nimxu ħafjin, nimxu fix-xifer tal-blat
  • Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex

2. In-Naxra

Temi għad-diskussjoni

  • Ngħinu fid-dar
  • It-tniġġis minħabba d-deterġenti li nużaw
  • Il-konservazzjoni tal-enerġija
  • L-indafa

Punti għad-diskussjoni

  • X’jagħmlu t-tfal biex jgħinu fid-dar
  • Inkunu responsabbli għall-affarijiet tagħna
  • Nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna
  • Nibżgħu għall-ħwejjiġna biex ingawduhom aktar
  • Ħwejjeġ differenti skont l-istaġun

3. Ġita bil-Karozza

Temi għad-diskussjoni

  • Is-safar
  • Pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja
  • Mezzi tat-trasport

Punti għad-diskussjoni

  • Fejn sifirna jew nixtiequ nsiefru
  • X’niġu bżonn meta nsiefru
  • X’nitgħallmu mis-safar
  • Drawwiet u kulturi differenti fid-dinja
  • Postijiet ta’ interess fl-Ewropa u fid-dinja

4. L-Ajruport

Temi għad-diskussjoni

  • L-ajruplani
  • Is-safar
  • Xogħlijiet

Punti għad-diskussjoni

  • Esperjenzi ta’ min vjaġġa bl-ajruplan
  • Informazzjoni fuq l-ajruport internazzjonali ta’ Malta
  • Destinazzjonijiet differenti minn Malta
  • Meta u għaliex immorru l-ajruport
  • Ħaddiema differenti fl-ajruport u fuq l-ajruplan

5. Fil-Kċina

Temi għad-diskussjoni

  • Ngħinu fid-dar
  • It-tisjir
  • Ikel bnin għal saħħitna

Punti għad-diskussjoni

  • L-ikel ippreferut
  • Nafu nsajru?
  • Kif nippreparaw il-mejda biex nieklu
  • Affarijiet li nsibu fil-kċina
  • Nieklu mal-mejda u nnaddfu u niżbarazzaw warajna wara li nieklu
  • Fejn naħżnu l-ikel fil-kċina, kxaxen, bank tal-kċina, friġġ, friżer
  • Affarijiet tal-ikel li nsibu fil-kċina – frott, ħaxix, ħwawar, ħut, laħam, ħobż, ġobon, eċċ.

6. Fir-Razzett

Temi għad-diskussjoni

  • Minn fejn jiġi l-ikel
  • L-annimali tar-razzett
  • It-trobbija tal-annimali
  • It-tkabbir tal-ħxejjex u l-frott

Punti għad-diskussjoni

  • L-ikel li nieħdu minn annimali differenti, baqra: ħalib, ġobon u laħam; tiġieġa: bajd u laħam; eċċ.
  • Annimali li jitrabbew fir-razzett
  • L-annimali li jinqatlu biex nieklu l-laħam tagħhom
  • Annimali oħrajn li jitrabbew biex nieħdu l-ħalib, bajd u suf minnhom
  • Petting Farms u esperjenzi tat-tfal

7. Il-Park

Temi għad-diskussjoni

  • Il-ħin liberu
  • Il-passatempi
  • L-attività fiżika
  • Postijiet ta’ rikreazzjoni

Punti għad-diskussjoni

  • X’nagħmlu fil-park – bandli, logħob, piknik, mixi, eċċ.
  • Meta mmorru l-park jew fil-kampanja
  • Parks differenti madwar Malta u Għawdex
  • Kif għandna nġibu ruħna fil-parks – nosservaw ir-regolamenti tal-park, indafa, storbju, eċċ.
  • L-annimali fil-parks, innaddfu warajhom, ma ndejqux lil nies oħrajn, ħamiem, eċċ.

8. L-Iskrivanija

Temi għad-diskussjoni

  • L-istudju
  • L-użu tal-kompjuter
  • Ix-xogħol tad-dar

Punti għad-diskussjoni

  • Nistudjaw fil-kwiet jew bir-radju
  • L-iskrivanija personali
  • Kemm inqattgħu ħin fuq il-kompjuter
  • Kif għandi nqassam tajjeb il-ħin id-dar
  • Bilanċ bejn l-istudju u l-logħob
  • Ma nkunux traskurati iżda nkunu ordnati u organizzati

9. Fil-Kamra tas-Sodda

Temi għad-diskussjoni

  • Il-kamra tiegħi
  • Kif ngħin fid-dar
  • Id-dar tiegħi

Punti għad-diskussjoni

  • Innaddfu kamritna u ma nħallux ġugarelli u ħwejjeġ jiġru
  • Nagħmlu s-sodda
  • Ma nħallux ħwejjeġ u żraben jiġru fil-kamra
  • Nieħdu ħsieb kamritna u nkunu ordnati
  • Niddekoraw il-kamra tagħna
  • Kif inhi mqassma l-kamra tiegħi

10. Il-Komodina

Temi għad-diskussjoni

  • Kif inqassmu l-ġurnata
  • Il-kamra tiegħi
  • Id-dar tiegħi

Punti għad-diskussjoni

  • Inħobbu naqraw, nilagħbu jew nisimgħu r-radju fis-sodda
  • Affarijiet li npoġġu fuq il-komodina
  • Nużaw żveljarin biex inqumu?
  • Fi x’ħin inqumu?
  • Niddeskrivu l-kamra tas-sodda tagħna
  • Kif inqassam il-ħin tiegħi wara l-iskola

11. Il-Piknik

Temi għad-diskussjoni

  • Il-kampanja
  • L-indafa
  • Ikel bnin

Punti għad-diskussjoni

  • Ma nħallux ħmieġ warajna fejn immorru
  • Nieħdu ikel bnin magħna, bħall-frott
  • Postijiet f’Malta fejn immorru nagħmlu piknik
  • Innaddfu wara l-annimali tagħna meta mmorru piknik
  • Logħob differenti li nistgħu nilagħbu meta mmorru fil-kampanja

12. Fil-Klassi

Temi għad-diskussjoni

  • L-iskola
  • L-edukazzjoni
  • Il-ħbieb

Punti għad-diskussjoni

  • X’jogħġobna u xi jdejjaqna fl-iskola?
  • Is-suġġett favorit tagħna
  • Kif inġibu ruħna l-iskola
  • Niddeskrivu l-klassi tagħna
  • Regolamenti tal-klassi
  • X’nibdel jew nirranġa mill-klassi tiegħi
  • Rispett lejn l-għalliema u lejn sħabna tal-klassi

13. Il-Pixxina

Temi għad-diskussjoni

  • L-għawm
  • L-eżerċizzju fiżiku
  • L-isport: tlielaq, water polo…

Punti għad-diskussjoni

  • Regolamenti tal-pixxina – ħwejjeġ, xawers, qbiż
  • L-għawm tajjeb għas-saħħa
  • L-għawm bħala terapija
  • L-ilma tal-pixxina u l-ilma baħar
  • Kif għandi nġib ruħi meta mmur il-pixxina

14. Il-Ġugarelli

Temi għad-diskussjoni

  • Logħob tradizzjonali
  • Ġugarelli mhux konvenzjonali
  • Differenzi fil-ġugarelli tal-bniet/subien

Punti għad-diskussjoni

  • Il-ġugarell favorit tiegħi
  • Logħob b’affarijiet li mhumiex ġugarelli konvenzjonali,
    eż. Labar tal-inxir, tappijiet, eċċ.
  • Logħob tradizzjonali, eż. boċċi, żibeġ, passju, ħabel, eċċ.
  • Ġuġarelli u logħob elettroniku modern
  • Kif nieħdu ħsieb il-ġugarelli tagħna
  • Ġugarelli addattati għall-età tagħna

15. Il-Ġardina

Temi għad-diskussjoni

  • L-istaġuni
  • Il-ġardinaġġ
  • Il-benefiċċji tas-siġar u l-pjanti: ossiġnu, frisk, tindif tal-arja, frott
  • Frott u ħxejjex tal-ikel
  • Pjanti u siġar dekorattivi

Punti għad-diskussjoni

  • Il-ġardinaġġ bħala passatemp
  • It-tkabbir tal-ħwawar fil-qsari
  • Pjanti u xtieli differenti li jsebbħu d-dar
  • Kif għandna nieħdu ħsieb il-pjanti u x-xtieli
  • Ħlejjaq u insetti li naraw fil-ġardina

16. Fl-Ispazju

Temi għad-diskussjoni

  • Spedizzjonijiet spazjali
  • Il-bniedem fl-ispazju
  • Is-Sistema Solari

Punti għad-diskussjoni

  • L-ewwel persuna fl-ispazju (Yuri Gagarin)
  • L-ewwel persuna fuq il-qamar (Neil Armstrong)
  • L-użu tas-satelliti artifiċjali: GPS, ritratti tad-dinja satellitari, komunikazzjoni, eċċ.
  • Il-ħajja ’l barra minn din id-dinja
  • Il-gravità u kif inhi differenti fl-ispazju

17. Sbieħ il-Jum

Temi għad-diskussjoni

  • Ir-rutina ta’ filgħodu
  • Kif inqatta’ l-ġurnata tiegħi
  • Tmiem il-ġimgħa

Punti għad-diskussjoni

  • Differenzi bejn fost il-ġimgħa u tmiem il-ġimgħa
  • Hemmx bżonn ta’ żveljarin biex nqumu
  • Ir-rutina ta’ filgħodu: inqum, nilbes, niekol il-kolazzjon, naħsel snieni, eċċ.
  • Il-ħajja fit-triq fil-bidu tal-ġurnata
  • Jien u sejjer/sejra l-iskola, minn fejn ngħaddi, x’nara, eċċ.

18. Għand it-Tabiba

Temi għad-diskussjoni

  • Is-saħħa
  • Nieklu tajjeb
  • Nagħmlu l-eżerċizzju

Punti għad-diskussjoni

  • Immorru għand it-tabib meta nħossu xi ħaġa mhux tas-soltu?
  • Għandna nibżgħu mit-tabib?
  • L-ikel li nieklu jaffettwalna saħħitna
  • L-eżerċizzju f’ħajjitna importanti
  • L-indafa tbiegħed il-mard

19. Il-Kamping

Temi għad-diskussjoni

  • L-attivitajiet ta’ barra
  • Postijiet fejn nistgħu nikkampjaw
  • Ħruġ mal-familja u/jew mal-ħbieb

Punti għad-diskussjoni

  • Attivitajiet ta’ barra bħat-treking, kamping, abseiling, kayaking, eċċ.
  • X’nieħdu magħna
  • X’nagħmlu meta mmorru nikkampjaw
  • Ma’ min immorru nikkampjaw
  • Inħejju ruħna tajjeb meta nikkampjaw – protezzjoni mill-insetti, f’każ li nweġġgħu, sħana/kesħa, maltemp, eċċ.

20. Il-Gwardarobba

Temi għad-diskussjoni

  • Ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa
  • Il-moda
  • Il-materjal tal-ħwejjeġ: sintetiku, qoton, eċċ.

Punti għad-diskussjoni

  • Il-moda taffettwana?
  • Ix-xiri tal-ħwejjeġ jogħġobna?
  • Minn fejn nixtru il-ħwejjeġ
  • L-importanza tad-ditti
  • Inżommu l-gwardarobba ordnata

21. L-Akkwarju

Temi għad-diskussjoni

  • Id-dinja taħt il-baħar
  • Tipi differenti ta’ ħlejjaq tal-baħar
  • Ħruġ mal-familja

Punti għad-diskussjoni

  • Kif inhi differenti d-dinja taħt il-baħar minn dik fuq l-art
  • Tipi ta’ ħlejjaq insibu taħt il-baħar
  • Inżomm akkwarju fid-dar u kif nieħu ħsiebu
  • Tipi u daqsijiet ta’ akkwarji differenti
  • Ħut tal-ilma ħelu u ħut tal-baħar

22. Il-Kamra tal-Banju

Temi għad-diskussjoni

  • Il-ħela tal-ilma
  • L-importanza tal-ħasil tas-snien
  • L-iġene personali
  • Il-periklu tal-elettriku mal-ilma

Punti għad-diskussjoni

  • Kif naħlu inqas ilma, eż xawer flok banju, nagħlqu l-ilma waqt li naħslu snienna, eċċ.
  • Naħslu jdejna wara li nużaw it-tojlit, nifflaxxjaw warajna
  • Inżommu l-indafa kullimkien –  fid-dar, l-iskola, barra fit-triq
  • Kif inżommu ħwejjiġna nodfa
  • Nieħdu ħsieb snienna – kif u meta naħsluhom, kontroll kemm nieħlu ħlewwiet

23. Is-Sajda

Temi għad-diskussjoni

  • Is-sajd esaġerat (overfishing)
  • Is-sajd bħala passatemp jew bħala xogħol
  • It-tniġġis tal-baħar
  • L-irziezet tal-ħut

Punti għad-diskussjoni

  • L-effett tas-sajd esaġerat fuq il-popolazzjoni tal-ħut
  • Kif qed jaffettwa l-ħlejjaq tal-baħar it-tniġġis, eżempju l-plastik, il-merkurju, in-nitroġenu, eċċ.
  • Kif jista’ s-sajd ikun aktar sostenibbil, eż. kwoti, sajd tradizzjonali…
  • Is-sajd bħala passatemp
  • Il-ħut tajjeb għas-saħħa

24. Ritratt tal-Familja

Temi għad-diskussjoni

  • Il-familja tagħna
  • L-annimali fid-djar tagħna
  • In-nanniet

Punti għad-diskussjoni

  • Min jieħu ħsieb il-pets fil-familja
  • X’sehem għandhom in-nanniet fil-familja
  • Ir-ritratti bħala tifkira
  • Okkażjonijiet importanti meta ħadt ritratti mal-familja
  • Nitkellmu fuq il-membri tal-familja tagħna
  • Kif inqatta’ tmiem il-ġimgħa mal-familja tiegħi

25. Fuq il-Bank

Temi għad-diskussjoni

  • L-importanza tal-komunità
  • Il-pjazez u l-parks fiż-żoni residenzjali
  • Postijiet ta’ rikreazzjoni għall-kbar u ż-żgħar

Punti għad-diskussjoni

  • Kemm hemm postijiet madwarna fejn nistgħu noqogħdu bilqiegħda u nitkellmu man-nies ta’ madwarna?
  • Għadna naraw nies bilqiegħda fuq l-għatba tad-dar jew fuq xi siġġu barra mid-dar tagħhom?
  • L-importanza li nħallu ftit ħin biex nistrieħu u nitkellmu bejnietna, ma’ ħutna, mal-ġenituri, mal-ħbieb tat-triq, mal-ġirien
  • Il-vandaliżmu – fit-toroq, f’postijiet pubbliċi, fil-park/bandli, ma’ monumenti, eċċ.

26. Fil-Kindergarten

Temi għad-diskussjoni

  • L-importanza tal-logħob
  • L-iskola
  • Logħob u taqbiliet gaħt-tfal

Punti għad-diskussjoni

  • Nitgħallmu nilagħbu flimkien
  • Nitgħallmu kif inġibu ruħna ma’ ħaddieħor
  • Nieħdu gost nitgħallmu
  • Ninqatgħu minn mal-familja u nibdew nagħmlu l-ħbieb
  • X’niftakar minn meta kont fil-kindergarten

27. Taħt il-Baħar

Temi għad-diskussjoni

  • L-għawm bil-maskla tal-għads
  • Il-koralli
  • Il-ħut u l-ħlejjaq tal-baħar
  • It-tniġġis tal-baħar

Punti għad-diskussjoni

  • X’tip ta’ ħlejjaq jeżistu taħt il-baħar – ħut, mammiferi, molluski, eċċ.
  • X’inhuma l-koralli u għaliex qegħdin jinqerdu
  • Bajjiet u postijiet fejn ngħumu f’Malta u Għawdex
  • Logħob differenti ħdejn il-baħar
  • L-importanza li nħallu l-baħar u l-bajjiet nodfa
  • Perikli differenti fil-baħar u ħdejn il-baħar – bram, raġġi UV, blat iniggeż, baħar imqalleb, eċċ.

28. Is-Siġra tal-Milied

Temi għad-diskussjoni

  • L-oriġini tas-siġra tal-Milied
  • Żmien il-Milied?
  • Festi importanti matul is-sena

Punti għad-diskussjoni

  • X’nagħmlu fi żmien il-Milied?
  • Min iżejjen is-siġra tal-Milied id-dar?
  • It-tiżjin fit-toroq
  • X’okkażjonijiet oħra importanti jiġu ċċelebrati f’kulturi oħra, u kif jiġu ċċelebrati?
  • Il-presepju tal-Milied
  • Kif inqatta’ l-vaganzi tal-Milied

29. Il-Kolazzjon

Temi għad-diskussjoni

i

  • Tipi ta’ kolazzjonijiet
  • L-ikel u s-saħħa
  • L-importanza tal-irqad u l-mistrieħ

Punti għad-diskussjoni

  • X’nieklu għall-kolazzjon
  • L-importanza tal-kolazzjon biex nibdew il-ġurnata
  • Ir-rutina ta’ kuljum
  • Kif nibda l-ġurnata filgħodu
  • Norqdu kmieni biex inqumu mistrieħa u preparati għal ġurnata oħra

30. Fir-Razzett

Temi għad-diskussjoni

  • Minn fejn jiġi l-ikel li nieklu
  • L-annimali tar-razzett
  • It-trobbija tal-annimali
  • Il-biedja

Punti għad-diskussjoni

  • L-ikel li nieħdu minn annimali differenti, baqra: ħalib, ġobon u laħam; tiġieġa: bajd u laħam; eċċ.
  • Liema annimali jitrabbew fir-razzett.
  • L-annimali li jinqatlu biex nieklu l-laħam tagħhom.
  • Petting Farms u esperjenzi tat-tfal
  • L-importanza tax-xita biex ikollna l-ħaxix u l-frott

31. Krafts

Temi għad-diskussjoni

  • Passatempi
  • Logħob tad-dar
  • Kif inqassmu l-ħin

Punti għad-diskussjoni

  • Xi krafts inħobbu?
  • L-użu ta’ affarijiet użati biex minnhom isiru affarijiet ġodda
  • Bilanċ bejn xogħol, logħob u mistrieħ
  • L-importanza tal-passatempi
  • Il-ħela u kif għandna nnaqqsuha

32. Il-Mużew tal-Arti

Temi għad-diskussjoni

  • L-importanza tal-mużewijiet
  • X’inhi l-arti?
  • Postijiet ta’ interess f’Malta u Għawdex

Punti għad-diskussjoni

  • X’inhi l-funzjoni ta’ mużew?
  • Meta l-aħħar li żorna mużew?
  • X’tgħallimna mill-mużewijiet li żorna
  • Mużewijiet li nixtiequ nżuru f’Malta jew barra minn Malta
  • Kif għandna nġibu ruħna fil-mużewijiet

33. Fil-Ġnien

Temi għad-diskussjoni

  • L-istaġuni
  • Il-ġardinaġġ
  • Frott u ħxejjex tal-ikel
  • Pjanti u siġar dekorattivi

Punti għad-diskussjoni

  • Min iħobb il-ġardinaġġ
  • It-tkabbir tal-ħwawar fil-qsari
  • Il-benefiċċji tas-siġar u l-pjanti: ossiġnu, frisk, tindif tal-arja
  • Insetti u ħlejjaq differenti fil-ġonna
  • Ġonna pubbliċi f’Malta u Għawdex
  • Nosservaw ir-regoli fil-ġonna pubbliċi – indafa, storbju, ma nitimgħux ħamiem, eċċ.

34. Il-Preistorja

Temi għad-diskussjoni

  • Binjiet preistoriċi
  • Annimali preistoriċi
  • Teknoloġija primittiva

Punti għad-diskussjoni

  • Xi tfisser preistorja
  • Binjiet f’Malta taż-żmien preistoriku
  • Kif kienu jgħixu n-nies ta’ dak iż-żmien
  • Minn xiex insiru nafu x’kienu jagħmlu n-nies tal-preistorja? Pitturi fuq il-ħitan fl-għerien, fdalijiet
  • Għala ma kinux jiktbu? L-ewwel kitba f’Malta minn żmien il-Feniċi.

35. Fil-Laboratorju

Temi għad-diskussjoni

  • Ix-xjenza
  • Skoperti importanti matul iż-żmien
  • Invenzjonijiet kbar li ħallew marka fil-ħajja tal-bniedem

Punti għad-diskussjoni

  • Kif issir xjenzat?
  • X’inhi x-xjenza
  • L-Ilbies protettiv fil-laboratorji… għaliex?
  • Kif inbidlet il-ħajja tal-bniedem bis-saħħa tax-xjenza – kura għal ċertu mard, apparti li jgħinuna fil-ħajja ta’ kuljum,
  • Apparti diġitali fid-djar tagħna
  • Ħarġa sa Esplora

36. Il-Mużew Spazjali

Temi għad-diskussjoni

  • Spedizzjonijiet spazjali
  • Il-bniedem fl-ispazju
  • L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali
  • Is-Sistema Solari

Punti għad-diskussjoni

  • L-importanza tal-mużewijiet
  • L-ewwel persuna fl-ispazju (Yuri Gagarin) u fuq il-qamar (Neil Armstrong)
  • L-użu tas-satelliti artifiċjali: GPS, ritratti tad-dinja satellitari, komunikazzjoni, eċċ.
  • Il-gravità fid-dinja u fl-Ispazju
  • Ix-xemx u l-qamar – fatti u kurżitajiet

37. Ftit Matematika

Temi għad-diskussjoni

  • Il-matematika fil-ħajja tal-bniedem
  • Is-suġġett favorit tiegħi
  • Suġġetti differenti li nitgħallmu l-iskola

Punti għad-diskussjoni

  • Għala nħobbu/ma nħobbux il-matematika
  • Xi nsibu sabiħ/tqil fil-matematika
  • Għandna bżonn il-matematika meta għandna l-calculators?
  • Il-matematika tgħallimna l-ħiliet analitiċi u l-ħiliet li jgħinuna nsolvu l-problemi
  • Il-matematika tgħinek tifhem għala, mhux biss tagħtik ir-riżultat
  • Metodi ta’ qisien u kejl antiki

38. L-Ikla tal-Milied

Temi għad-diskussjoni

  • L-ikel bħala attività soċjali
  • Ikel ta’ kuljum u ikel għal okkażjoni speċjali
  • L-etikett waqt l-ikel

Punti għad-diskussjoni

  • X’nieklu f’okkażjoni speċjali
  • Għala nieklu meta niltaqgħu mal-qraba u/jew il-ħbieb?
  • L-użu tal-mowbajl mal-mejda tal-ikel
  • Kif iġġib ruħek waqt l-ikel
  • L-iġene: taħsel idejk qabel tiekol
  • Okkażjonijiet speċjali meta nieklu bħala familja

39. Il-Kamra tal-Ikel

Temi għad-diskussjoni

  • Id-dar tiegħi
  • Ikel ta’ kuljum u ikel għal okkażjoni speċjali
  • L-etikett waqt l-ikel

Punti għad-diskussjoni

  • Kif nipprepara l-mejda għall-ikel
  • Għala nieklu meta niltaqgħu mal-qraba u/jew il-ħbieb?
  • Kif iġġib ruħek waqt l-ikel
  • Kif nista’ ngħin qabel u wara l-ikel
  • L-iġene: taħsel idejk qabel tiekol
  • Il-kamra favorita fid-dar tiegħi

40. Ħdejn il-Baħar

Temi għad-diskussjoni

  • Ir-raġġi UV
  • It-tniġġis tal-baħar
  • Is-sajf

Punti għad-diskussjoni

  • Nipproteġu ruħna mir-raġġi tax-xemx
  • Ma nħallux ħmieġ warajna
  • X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
  • Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram
  • Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex

41. L-armarju

Temi għad-diskussjoni

  • Il-ħwejjeġ
  • Ix-xiri
  • L-istaġuni

Punti għad-diskussjoni

  • Ħwejjeġ differenti li nsibu fl-armarju
  • Ħwejjeġ tas-sajf u ħwejjeġ tax-xitwa
  • L-importanza li nixtru bil-għaqal
  • Id-drittijiet tagħna bħala konsumaturi
  • Kif nieħdu ħsieb ta’ ħwejjiġna
  • L-informazzjoni fuq it-tikketti tal-ħwejjeġ

42. Fuq is-Sufan

Temi għad-diskussjoni

  • Il-ħin liberu
  • Id-dar tiegħi
  • Il-passatempi tiegħi

Punti għad-diskussjoni

  • Kif inqatta’ l-ħin liberu tiegħi
  • Id-dar tiegħi u kif inhi mqassma
  • F’liema ħin tal-ġurnata noqgħod l-aktar fuq is-sufan
  • X’nagħmel fuq is-sufan – nuża l-laptop, naqra, nilgħab, nara t-televixin
  • Xi programmi nħobb nara fuq it-televixin

43. Il-Parrukkier

Temi għad-diskussjoni

  • Id-dehra tagħna
  • Xogħlijiet
  • X’nixtieq insir la nikber

Punti għad-diskussjoni

  • Kif għandna nieħdu ħsieb id-dehra tagħna
  • Kull meta mmorru naqtgħu xagħarna
  • Kif għandi nġib ruħi għand il-parrukkier
  • Xogħlijiet li jogħġbuni u oħrajn inqas
  • Inżommna xagħarna nadif u pulit

44. Għand tal-Ħwejjeġ

Temi għad-diskussjoni

  • Ħwienet differenti
  • Ix-xiri
  • Il-flus
  • L-Uniformi

Punti għad-diskussjoni

  • Ħwejjeġ tas-sajf u ħwejjeġ tax-xitwa
  • Stabbilimenti differenti tax-xiri f’Malta u Għawdex
  • Ħwejjeġ differenti għal okkażjonijiet u differenti
  • Uniformijiet differenti għal xogħlijiet differenti
  • Id-drittijiet tal-konsumatur
  • X’nista nagħmel bil-ħwejjeġ li ma jiġunix

45. Il-Festin

Temi għad-diskussjoni

  • Għeluq snini
  • Il-ħbieb
  • L-ikel

Punti għad-diskussjoni

  • Okkażjonijiet differenti li fihom isiru l-festini
  • X’tip ta’ ikel ikun hemm fil-festini
  • Logħob differenti fil-festini
  • Preparazzjoni għall-festin – il-post, ikel u xorb, mużika u logħob, suvenirs…
  • Il-mistednin fil-festin – kuġini, qraba, ġirien, ħbieb tal-iskola…

46. Il-Pjanti

Temi għad-diskussjoni

  • In-natura
  • Il-kampanja Maltija
  • Il-pjanti

Punti għad-diskussjoni

  • Pjanti differenti li nsibu fid-djar
  • Kif nieħdu ħsieb il-pjanti u x-xtieli
  • Nieħdu ħsieb il-kampanja Maltija
  • Ħwawar differenti li nistgħu nkabbru d-dar biex nieklu – ħabaq, tursin, nagħniegħ, eċċ.
  • L-importanza tal-pjanti – isebbħu d-dar u l-ambjent, arja tajba, sors għall-ikel

47. Ir-Renju Msaħħar

Temi għad-diskussjoni

  • Il-Maġija
  • Il-Fantasija
  • Il-ktieb favorit tiegħi

Punti għad-diskussjoni

  • Karattri fantastiċi mill-films li jogħġbuni
  • Karattri fantastiċi mill-kotba u ħrejjef
  • Differenzi bejn id-dinja reali u dik fantastika
  • L-aktar karattru fantastiku li jogħġobni u għaliex
  • L-importanza tal-qari

48. Il-Bandli

Temi għad-diskussjoni

  • Il-ħin liberu
  • L-attività fiżika
  • Il-logħob
  • Soċjalizzazzjoni

Punti għad-diskussjoni

  • Xi nħobbu nagħmlu l-bandli
  • Kif għandi nġib ruħi l-bandli
  • Nobdu r-regolamenti indikati fit-tabelli tal-bandli
  • L-indafa fil-bandli jew park fejn immur
  • Nagħmlu ħbieb ġodda, nitkellmu u nieħdu gost flimkien

49. Is-Supermarket

Temi għad-diskussjoni

  • L-ikel
  • Nieklu għal saħħitna
  • Ix-xiri

Punti għad-diskussjoni

  • Xi nħobb niekol l-aktar
  • Ikel tajjeb għal saħħitna u ikel ieħor li għandi nevita li nixtri jew niekol bil-qies
  • Xi nsibu x’nixtru mis-supermarket
  • Xiri bil-għaqal u bil-qies
  • Attenzjoni għad-data ta’ skadenza fuq il-prodotti tal-ikel
  • Id-drittijiet tal-konsumatur

50. Il-Klinika

Temi għad-diskussjoni

  • Il-kura tas-saħħa
  • Il-mard
  • Għand it-tabib

Punti għad-diskussjoni

  • Kif għandi nieħu ħsieb saħħti
  • L-importanza tal-eżerċizzju fiżiku
  • Kif għandi nġib ruħi fi klinika jew l-isptar
  • X’għandi nagħmel biex innaqqas ir-riskju li nimrad
  • L-attenzjoni meta nieħu l-mediċini

51. Fil-Kċina

Temi għad-diskussjoni

  • Ngħinu fid-dar
  • It-tisjir
  • L-ikel

Punti għad-diskussjoni

  • Liema ikel inħobbu nieklu l-aktar
  • Ngħinu fit-tisjir
  • Min jaħsel il-platti, jipprepara l-mejda u jiżbarazza wara l-ikel
  • Xi nsibu fil-kċina
  • Ikel tas-sajf u ikel tax-xitwa
  • Nieklu bil-qies u nnaqqsu mill-ħela tal-ikel

52. In-Nanna fis-Salott

Temi għad-diskussjoni

  • Il-Familja
  • Id-dar
  • Il-passatempi

Punti għad-diskussjoni

  • Il-membri tal-familja
  • Nieħdu ħsieb lill-ġenituri u lin-nanniet tagħna
  • Xi nsibu fis-salott u x’nagħmlu fih
  • Passatempi differenti dari u llum
  • Kif inqattgħu l-ħin mal-membri tal-familja

53. Ħin il-Logħob

Temi għad-diskussjoni

  • Il-passatempi
  • Logħob u ġugarelli
  • Il-kamra tiegħi

Punti għad-diskussjoni

  • Biex inħobb nilgħab l-aktar
  • Bilanċ bejn logħob u studju
  • Kif inhi mqassma l-kamra tiegħi u x’għandi fiha
  • Nieħdu ħsieb il-ġugarelli li nilagħbu bihom
  • Niżbarazzaw warajna wara li nilagħbu
  • Kif inqatta’ l-ħin tiegħi fi tmiem il-ġimgħa

54. Fuq il-Ferrovija

Temi għad-diskussjoni

  • Mezzi tat-trasport
  • Is-safar
  • Mezzi tat-trasport fl-antik u llum

Punti għad-diskussjoni

  • Esperjenzi ta’ meta tlajt fuq ferrovija
  • Kif għandi nġib ruħi fuq il-mezzi tat-trasport
  • Nuża t-trasport pubbliku biex nieħu ħsieb l-ambjent
  • Postijiet li żort fejn irkibt ferrovija
  • X’tgħallimt mill-postijiet li żort

55. Ġurnata l-Baħar

Temi għad-diskussjoni

  • Ir-raġġi UV
  • L-indafa
  • Il-baħar

Punti għad-diskussjoni

  • Nipproteġu ruħna mix-xemx
  • Ma nħallux ħmieġ warajna
  • X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
  • Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram
  • Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex
  • It-tniġġis tal-baħar u kif innaqqsuh