Li timxi fuq bankina u tara l-indafa u li t-toroq ikunu xummiema tifraħ u togħxa u tedha li jirbaħ il-qies. Hekk għandu jkun.
Imma tiltaqa’ ma’ persuni li huma mġienen fuq l-indafa u l-indafa tiġi qabel in-nies. Waqt l-ikel iqumu qabel u jibdew inaddfu u jagħtuk l-impressjoni li iżjed ma tħaffef biex titlaq ikun aħjar.
Ma jkunux nies li tista’ tidħol fil-fond tal-ħbiberija u tħoss li jibqgħu dejjem fil-qoxra tal-ħajja. Iebsa li jkollok persuna li tkun hekk għax tbati u s-suġġett ikun bla ħniena: ħasil, toroq, ħwejjeġ, kċina. Dawn għandhom ikunu, imma mhux il-ħin kollu, għax il-bniedem jibda jħossu waħdu u jibda jaqta’ u jfittex band’oħra. Dan jgħodd kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
Jekk tista’ u tintebaħ li int ixxaqleb lejn indafa żejda, ħu ħsieb u rranġa, għax ma tkunx qed tagħmel il-ġid, la lilek u l-anqas l-oħrajn.