
Yvonne ta’ 48 sena u Steven ta’ 53 minn Hampshire, naqqsu l-kontijiet tad-dawl tagħhom billi stallaw il-pannelli solari, ikabbru l-ħxejjex u l-frott li jikkunsmaw u jiġbru l-ilma tax-xita biex jifflaxxjaw il-lokijiet tagħhom.
Il-koppja prudenti fasslu ħajjithom fuq il-karattri tal-kummiedja televiżiva tas-sebgħinijiet, The Good Life, li fiha kienu jieħdu parti Richard Briers u Felicity Kendal. Dawn kienu ħolqu mod ta’ ħajja sempliċi u suffiċjenti għalihom infushom.
Mindu stallaw arloġġ tal-ilma raw il-kontijiet tal-bungalow tagħhom, bi tliet kmamar tas-sodda, jinżel minn €232 fis-sena għal inqas minn €35 kull sitt xhur. Għandhom ukoll biċċa art f’Surrey, b’xehdiet tan-naħal biex jipproduċu l-għasel u tiġieġ biex ikollhom bajd frisk.

“Dejjem kabbarna l-prodotti b’mod organiku, iżda mill-ewwel rajna li kellna naħdmu ferm aktar b’risq l-ambjent biex matul is-snin ikollna aktar u aktar prodotti li nikkunsmaw. Yvonne u Steven, li għandhom żewġ ulied subien, James, ta’ 22 sena u Jonathan ta’ 19, stallaw il-pannelli solari fil-ġnien tagħhom ta’ 40 pied biex jiġġeneraw ilma sħun, li jużaw fid-dar tagħhom.

“Barra minn hekk, mis-sistema li ħloqna għall-ġbir tal-ilma jkollna madwar 1,000 gallun, li nużaw għal-lokijiet u għall-ħajja ta’ kuljum. Imbagħad, il-jams, chutneys, cordial u nbid nagħmluhom aħna stess, kif ukoll inżommu n-naħal għall-għasel. “Aħna minn dejjem kellna fi ħsiebna l-ġardinaġġ u r-riċiklaġġ, għax inħobbu stil ta’ ħajja b’ambjent san.”
