Siċċa

Martin Morana

altSIĊĊA   L-għadma tas-siċċa kienet tintuża mill-artiġjani li jipproduċu diversi tipi ta’ xogħol ornamentali li jintlibes bħala żina, pereżempju l-gamew, il-kullani, iċ-ċrieket u bosta affarijiet oħra magħmulin mid-deheb u materjal prezzjuż. Is-siċċa kienet tintuża biex l-ewwel jitnaqqax fiha d-disinn li wieħed jixtieq imbagħad f’din il-forma negattiva jintefa’ l-materjal, bħal deheb imdewweb, biex jieħu dik il-forma tad-disinn fil-varjazzjoni pożittiva tiegħu.alt