BDOT TALJAN LI MIET IL-KALKARA

Francesco Liberti

F’Malta,il-25 ta’ Lulju 1941 jimmarka ġurnata oħra mill-kalendarju minn meta Benito Mussolini kien iddikjara gwerra kontra l-Ingliżi u l-Alleati tagħhom.Il-Kalkara, Lulju huwa x-xahar meta tiġi ċċelebrata l-festa tal-patrun tagħha San Ġużepp. F’dik il-ġurnata, il-Kalkara u l-Kottonera kienu mgħottija taħt it-trab u duħħan kbir.Kien wieħed mill-ikbar raids li qatt saru mit-Taljani f’dak iż-żmien meta Malta kienet għadha tiġi attakkata mill-Italjaqabel ma Benito Mussolini talab lill-Ġermaniżi u Luftwaffe biex tidħol Sqallija.

Dakinhar,fil-25 ta’ Lulju 1941 ġara każ partikolari fil-Kalkara li ħafna nies illum ma jiftakrux. Dan il-fatt storiku li fih mhux talli jfakkarna x’ġara dakinhar iżda talli jfakkarna wkoll fil-qlubija ta’ missirijietna Maltin li ħadmu biex jgħinu lil kull min kien fil-bżonn, l-iktar fiż-żmien imdemmi tal-istorja ta’ pajjiżna.

Sfrotunatament, illum dik il-ġenerazzjoni ta’ nies li jiftakru jew għexu l-gwerra qiegħda bil-mod il-mod titnaqqar billi huma ħafna dawk li ġewimsejħa għall-ħajja ta’ dejjem.Iżda għall-ambizzjoni u l-interess li għandifl-istorja u r-riċerka rnexxieli wkoll insib xi ħaġa fuq x’ġara lil dan il-bdot bl-isem ta’ Francesco Liberti kif ukoll il-konnessjoni tiegħu mal-Kalkara.

Sqallija – 1941. Dakinhar minn ġewwa Sqallija kienet ġiet organizzata missjoni sigrieta, missjoni li kellha twettaq studju serju fuq dik li kienet l-iktar fil-mira tal-attakki tagħhom – il-Belt Valletta – dik li t-Taljani kienu jaħsbu li l-Ingliżi kienu qed jagħmlu l-operazzjonijiet militari u offensivi fuqhom stess!

It-Taljani kellhom strateġija tajba u l-informazzjoni li kellhom fuq il-Belt Valletta kienet korretta, iżda kien fadal li jibbumbardjaw il-postijiet tajbin, u spiss dan l-objettiv kien qed jinqabeż, kemm minħabba li xi bdoti Taljani kienu jibżgħu mit-tiri tal-kanuni u anke minħabba li kienu jtiru fl-għoli wisq, bil-konsegwenza li l-bombi bdew jaqgħu fuq postijiet li ma kinux ikunu fil-mira tal-bumbardament. Biex il-missjoni tkun suċċess riedu jagħmlu missjoni apposta biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa fuq il-Belt Valletta u fil-frattemp huma kienu varaw Bomber ġdid – AlcioneCANT Z 1007– fid-29 ta’ Awwissu 1940u kien lest biex jibda l-missjonijiet tiegħu fuq Malta wara li kien intuża għall-ewwel darba fil-front tal-Greċja.

Meta l-Italja bdiet l-offensiva tagħha fuq il-Greċja, l-Italja ma damitx wisq biex titlob lill-Ġermaniżi biex jgħinuha fl-attakki mill-ajru tagħha. Dan għaliex l-attakki fqar li t-Taljani bdew jagħmlu fuq il-Grecja ma kinux effettivi, 47 Bomber ta’ dan it-tip tmexxew fuq dak il-front tal-attakki mill-ajru fuq il-Greċja.Fil-fatt,CANT Z.1007 ġew lura Sqallija biex jintużaw għal attakki fuq Malta f’Ġunju tal-1941, meta Luftwaffe kienet invadiet il-Greċja f’qasir żmien!

L-ewwel Skwadra b’9° Stormo Bombardamento Terrestre kienu bbażati fi Trapani (Chinisia) kif ukoll 29° u 33° Gruppo Stormo. Din l-iskwadra kienet ukoll mgħammra b’25 Fighter Macchi Saetta 200 jakkumpanjawha fil-missjonijiet tagħha. L-Italja kienet inferjuri fejn jidħol apparat tal-gwerra, għalhekk kien qiegħed ikollhom ħafna telf ta’ ajruplani kif ukoll bdoti,li ħafna minnhom kienu ta’ età żgħira.

Għalkemm ħafna mill-inġiniera Taljani kienu jaħdmu biex joħolqu ajruplani robusti kif ukoll li kienu jtellgħu l-veloċità meħtieġa għall-bumbardamenti u jibqgħu jimmanuvraw tajjeb, l-armamenti tagħhom ma kinux biżżejjed għal dak li kienu qegħdin jaffaċjaw meta jaslu għall-konfronti diretti mal-għadu tagħhom kif ukoll mal-kanuni li kienu mxxerrda f’Malta, speċjalment fil-Kottonera u l-BeltValletta. Fil-fatt, illum nafu għaliex f’dak iż-żmien il-Maltin kienu jgħidu li t-Taljani ma kinux qliel daqskemm kienu l-Ġermaniżi. Dan għaliex minbarra li l-Italja ma kienet xejn ippreparata għall-gwerra, l-armamenti u l-Bombers tagħha ma kinux tajbin għal ċerti air raids. Ma ninsewx ukoll li l-esperjenza tgħallem u l-bdoti ma kellhomx xi esperjenza kbira fejn tidħol gwerra, allura kienu qed imutu u jfallu ħafna fil-missjonijiet tagħhom.

Diversi rapporti juru biċ-ċar li t-Taljani kellhom biss skwadra ta’ 10 CANT Z.1007 Bombers Monoderiva. Biss,106° Gruppo,li kien inkarigat mill-bumbardamenti fuq l-ajrudrom ta’ Ħal Luqa, din l-iskwadrakienet ibbażat fi Trapani (Chinisia) fi Sqallija u aktar tard ingħaqdu magħha wkoll skwadra9° u 50° Gruppo, li propjament kienu stazzjonati Sciacca.Wara, kienet qed tinħass il-ħtieġa li iktar minn dawk l-iskwadri riedu iktar għajnuna fl-air raids, u għalhekk ingħaqdu magħhom 47° Stormo Bombardamento Terrestre, kollha bi 33 Alcione magħhom.

Il-Bombers Taljani kellhom jiffaċċjaw id-difiżi msaħħa tal-gżira Maltija.Waħda mill-problemi li kellhom kienet li huma kienu jaħdmu bir-radar miftuħ flimkien mal-Fighters tagħhom.Saħansitra ġieli kienu anke jinqabdu mill-art b’radios xi jkunu qed jgħidu meta jkunu qed jikkomunikaw bejniethom!Fatt minnhom qiegħed irrakkuntat fil-ktieb Mill-Glorious sal-Vittoria.

Minn Nofs Lulju LAlcione bdew mewġa ta’ attakki billejl fuq Malta bejn il-15 u l-20 ta’ Lulju 1941. Fil-fatt, kienu skwadra 9° Stormo u 8° Gruppo Stromo, 50° Stormo u magħhom kien hemm 30 CANT Z.1007. Iżda attakk wara ieħor dawn il-Bombers naqsu għal 12-il Bomber biss, li kienu operattivi u tajbin għall-missjonijiet l-oħrajn billi kollha kellhom xi ħsarat jew intlaqtu mit-tiri tal-kanuni.

Wara dawn id-disfatti kollha l-Italja riedet riżultat tajjeb fuq dak li kellu jikxef ċerti postijiet fil-Belt Valletta. Għalhekk ġiet imsejħa operazzjoni specjali li tħejjiet f’Palermo. Din il-missjoni kellha twassal għas-suċċess meħtieġ. Il-bombardament kellu jibda minn filgħodu u jkompli sakemm il-bdoti jirnexxilhom isibu l-post minn fejn l-Ingliżi kellhom il-postijietstrateġiċi tagħhom.

Dakinhartal-25 ta’ Lulju 1941flotta sħiħa ta’Cant Z 1007bis tat-taqsima SMD RTD intbagħtet fuq Malta mill-ajrudrom ta’Palermo-Boccadifalco, eżattament fid-09.25 għal missjoni ta’ tkixxif fil-Belt Valletta.Il-missjoni kellha tinkludi wkoll fit-tfittxija ta’bastimenti qrib Malta. Din l-operazzjoni sigrieta ngħatat l-isem ta’ Operazzjoni ‘Sustanza’.

L-ewwel skwadra ta’ 10Cant Z Bomber ġiet skortat minn 26 Saetta macchi 200 (Lightning) tas-VII Gruppo54 St u minn 21Saetta Macchi 200 (Lightning) tal-X Gruppo tar-IV St. Kien ma’ din l-iskwadra li l-bdot Francesco Liberti kellu jtajjar is-Saetta Macchi tiegħu għal missjoni fuq Malta. Dawn biex jipporteġu kemm jista’jkun il-Bombers meta jkunu qed jagħmlu t-tiftix fuq il-Belt Valletta u jassiguraw li ma jkunx hemm telf ta’ Bombers minħabba li dawn riedu jwettqu ħafna iktar attakki fuq Malta. Kienet ħaġa normali li f’raids bħal dawn kienu jibagħtu Fighters bħala protezzjoni iżda minħabba li dawn il-Bombers ma kinux daqshekk robusti u jifilħu għal ċerti tiri. Dawn kienu qishom it-tarka tagħhom. Kif ukoll minħabba l-fatt li f’Malta kien hawn Skwadra ta’ Hurricanes li kienu qed jagħmlu ħerba mill-Bombers huma u jtiru lura lejn Sqallija.

L-operazzjoni telqet lejn Malta formazzjoni perfetta. Kulhadd kien lest biex jikseb riżultat tajjeb u jmorru lura lejn darhom. Għal ħafna kienet operazzjoni ta’ sodisfazzjon iżda għal ftit minnhom le!

Il-palomba newħet u dlonk il-formazzjoni dehret fuq Malta u minnufih bdiet l-operazzjoni fuq il-Belt Valletta. L-Ingliżi min-naħa tagħhom għamlu li setgħu biex ixekklu lit-Taljanibiex kemm jista’ jkun ma jinkixfux postijiet sigrieti. Intefa’ smoke screen madwar il-port kollu uminħabba li kienet ġurnata sajfija, l-ismoke screen niżel fil-baxx ħafna, tant li ħafna min-nies spiċċaw bla nifsminħabba li d-duħħan tal-ismoke screen baqa’ dieħel saħansitra fix-xelters!

Mewġa wara mewġa t-Taljani bdew iwaddbu l-bombi fuq il-Belt Valletta. Dakinhar ta’ min isemmi liminħabba il-qagħda strategika li bija bdew jaħdmu t-Taljani kif ukoll biex jevitaw li jkunu ta’ mira għall-kanuni,il-Kalkara kienet intlaqtet minn ħafna bombi żgħar, kif ukoll minn tiri tal-machine guns tal-Fighters Taljani. Ftit wara, il-crew tal-kanun tal-Barakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta irrappurtaw li kienintlaqat ajruplan Taljan –Cant Z Bomber. L-ajruplan intlaqatsewwa u deher li l-bdoti ftit kellhom ċans li joħorġu minnu. Fatt ieħor kien li dan it-tip ta’ Bomber kellu struttura li kienet tal-injam għalkemm kien armat bi tliet magni, waħda fin-nofs u tnejn fil-ġnub, waħda fuq kull ġewnaħ, kif ukoll flok żewġ bdoti fejn xulxin il-bdoti kienu jpoġġu wara xulxin. Dan kien jippermetti vista iktar ċara lilhom meta jkunu fuq missjoni, u billi ma kienx jiżen ħafna kien Bomber ħafif u kien itella’ veloċità kbira. Iżda x’jiswa li jkollok ajruplan li ma jkollux biżżejjed armamenti biex imqar jipportegi lilu nnifsu u għal dik ir-raġuni li magħhom kienu jibagħtu ħafna iktar Fighters għall-protezzjoni!

Ftit wara, żewġ Fighters TaljaniSaetta Macchital-Gruppo Xkienu ġew milquta wkoll.Wieħed waqa’f’Għajn Dwieli, in-naħa lillum tagħti fejn hemm“il-Benniena tal-Fgura.Dan l-ajruplan, skont rapport li hemm f’Universita ta’ Catania, kien propju tal-bdot Silvio De Giorgi, (POW), (MM6873) fuq Saetta Macchi tal-iskwadra 98 Sq Gruppo X. Ftit wara waslet l-aħbar li t-tieni Fighter Saetta Macchi kien intlaqat, fejn dan tal-aħħar ġie milqut mill-kanuni li kien hemm stazzjonati fuq San Ġwann t’Għuxa, Bormla.Il-bdot tal-ajruplan kienFrancesco Liberti (KIA) (MM23361) ukoll tat-98 Sq Gruppo X.Hekk kif l-ajruplan ġie milqut minn Salvo sparat mill-kanuni tat-tip AA Bofors Heavy anti-Aircraft Gun,kien irrappurtat li l-ajruplan kien ħa n-nar. Francesco rnexxielu joħroħ minn ġol-ajruplan tiegħu. Il-bdot baqa’ jżomm sod sakemm irnexxielu jaqbeż minn fuq l-ajruplan li kien ġa ħa n-nar, biex ftit waras-Saetta macchi tiegħu sar ballun tan-nar fl-ajru u l-fdalijiet tiegħu waqgħu propju lejn Rinella. Iżda Francesco Liberti kien ġa ferut qabel ma qabeż u sfortunatament ġara li l-paraxut ma nfetaħx sewwa u Francescobeda nieżelgħal isfel qisu ġebla!

Francesco ġie fi Triq il-Kajjik fil-bidu tal-kalkara. Hu kien qiegħed jiġi segwit mis-suldati li kienu stazzjonati fuq kanuni fil-kottonera, iżda minħabba l-ġrieħi gravi li kellu Francesco Liberti miet ftit wara li waqa f’idejn il-Maltin, fosthom l-eroj it-Tabib Cauchi Inglott u s-Sur L.Boffa. Jakkumpanjahom kien hemm ukoll Dun Pawl Galea li assistieh fl-aħħar ħinijiet ta’ ħajtu.Dun Pawl kien qassis ġewwa l-parroċċa tal-Kalkara f’dawk żminijiet imdemmija tal-gwerra.It-Taljani kienu ddikkjaraw li f’dak ir-raid kienu propju tliet ajruplani li ntilfu,żewġ bdoti li kienu fuqSaetta Macchiu kienu dikjarati mejta Liberti u De Giorgikif ukoll tnejn li niżlu mal-Bomber Taljan likienu l-Kaptan Gostini flimkien ma’ SM Omiccioli.

Wara dik il-ġurnata, it-Taljani kienu għamlu wkoll raid mal-lejl fejn tefgħu xi flares biex jixegħlu d-dawra tal-port. L-attakk kien immirat fuq it-Tarzna, iżda f’dan l-attakk it-Taljani laqtu l-posta tal-kanun fil-Birgu, dik li qiegħda fuq is-sur biswit il-Forti Sant Anġlu, u qatlu sitt suldati likienu mal-kanun. F’dan l-attakk ukoll xi bombi gew quddiem il-knisja ta’ San Ġużepp, li sa dak iż-żmien kienet għadha ma ntlaqtitx,kif ukoll fuq l-isptar ta’ Bighi.

Minħabba li ridt li l-informazzjoni tkun ċara kemm jista’ jkun, kelli dubji wkoll fuq kif intlaqtu l-ajruplani. Dan għaliex mir-riċerka jirriżulta li din l-skwadra ġiet attakkata minn ajruplani Ingliżi Hurricane u ntlaqtu waqt dog fight (taqbida fl-ajru). Iżda żgur mhux fil-każ ta’ Francesco Liberti. Dan grazzi għal rapport li fih hemm imniżżel dan, kif ukoll għal dawk il-veterani li tkellmu miegħi u għoġobhom jaqsmu din l-esperjenza tal-ħajja tagħhom u li żgur se nkun qiegħed inżomm għal dejjem.

Għal ħafna li jiftakru dan il-każ iseħħ jafu li kien każ li ħalla vittma oħra – Francesco – li kien ferm żvinturat billi l-paraxut tiegħu ma nfetaħx sewwa u miet bil-ġrieħi gravi li kellu. Tistgħu timmaġinaw x’raw dawk l-eroj li b’kuraġġ liema bħalu xorta pruvaw jagħmlu li setgħu biex iżommu lil Liberti ħaj avolja kienu jafu li kien l-għadu tagħhom. Dan il-każ seħħ propju fil-Kalkara u naf li dawk li jiftakru l-gwerra se tiġihom nostalġija kbira, speċjalment lil dawk li b’xi mod jiftakru l-każ tal-bdot Francesco Liberti fil-Kalkara.

This image has an empty alt attribute; its file name is MALTA-1941-1-768x471.jpg

Edit