ĊMAJRA Riħ li wieħed jieħu meta dak li jkun joqgħod imperreċ, jiġifieri mhux liebes sew, b’mod li jżomm ruħu sħun, jew meta jintasab bejn żewġt irjieħ. Riħ fl-għadam, bħal rewmatiżmu eċċ. Mikiel Anton Vassalli fid-dizzjunarju tiegħu (Lexicon, li kien ippubblika fl-1796), jgħid li ‘ċmajra’ tfisser marda li taħkem lill-bhejjem meta dawn tiksħilhom rashom. Mit-Taljan cimurro – Malti: il-likwidu li jqattar mill-imnieħer meta wieħed ikollu l-flissjoni. Qawl: Tagħti l-pesta u tieħu ċmajra. Dan il-qawl jingħad meta xi ħadd ikun għamel xi ħaġa ħażina u dan imbagħad jirċievi lura azzjoni ħażina oħra bħala tpattija.
2. TIFEL ĊMAJRA – Tifel imqareb ħafna.