Matriċi

Martin Morana

MATRIĊI   Biex tkun vera Matriċi, il-knisja omm trid taddotta lill-parroċċa bint, u l-isqof jistabbilixxi għeliem kif il-parroċċa bint (li tissejjaħ ‘il-filjali’) għandha turi r-rispett lill-parroċċa omm. Pereżempju: Meta Ta’ Sannat, ix-Xagħra, in-Nadur u ż-Żebbuġ saru parroċċi, l-isqof semma x’kienu ngħataw bħala dota. Biss, kien ukoll ordna lill-kappillani l-ġodda biex jagħtu xemgħa ta’ libbra lill-arċipriet tal-Matriċi ta’ Santa Marija, waqt il-quddiesa solenni ta’ nhar il-festa titulari fil-15 ta’ Awwissu, lebsin bl-ispellizza u bl-istola, bħala għelm ta’ suġġestjoni lejh. Ħajr: Anton F. Attard.