Rota ta’ rota iddur b’vireg irqaq qrib xulxin u b’saħħithom. Tapit ta’ taraġ iżomm bil-vireg, bla vireg fit-tapit tiżloq u titfixkel. Bil-vireg sar is-swat ta’ Kristu; tawh bihom. Il-virga tkun tal-kanonku fil-purċissjoni: turi s-setta.
Kull ħaġa fil-ħajja hi bħal virga, tinqeda biha jew għall-ġid jew għad-denni. Ilsienek, mġiebtek, sewqan, żjarat, xiri ta’ art u fejn, kitba, għajdut u xnigħat. Jekk il-moħħ ma jkunx f’siktu u jġarrab ħsara u tkun għada ma għaditx, allura l-għemil immur żmerċ: bħal virga tixxejjer bla galbu.
Sbieħ il-vireg f’posthom; għandhom użu, żgħar u b’saħħithom. Il-bniedem l-istess waħdu ċkejken imma flimkien ma’ oħrajn jikber u jissaħħah.
Darba gvernatur ta’ Malta wara t-tieni gwerra dinjija kien hemm munzell daqshiex ta’ ġebel mkisser. Qal lin-nies li jaħdmu miegħu ġewwa Sant Anġlu “Jekk kull darba li jgħaddu minn hemm jaqbdu ġebla u jressquha band’ oħra, dan il-ġebel kollu jitwarrab bil-mod u bla tbatija.”
Jekk tħares lejn il-ħidma f’daqqa waħda tegħja u taqta’ qalbek. Jekk tqasama bil-mod tirnexxi.
Inti Virga? – u jekk virga tagħti sehmek biex ir-rota tal-ħajja iddur. Agħti daqqa ta’ għajn u ara intix virga mkissra, għax inkella ma treġġix. Element ċkejken u b’ saħħtu jarmi s-saħħa flimkien imma waħdu jew mkisser ibati. Heqq!