Wild Flowers of the Maltese Islands – Launch Friday 9 October 2015

We would like to take this opportunity to thank everyone involved in the successful launch held on Friday 9 October 2015 for Edwin Lanfranco and Guido Bonett’s publication Wild Flowers of the Maltese Islands. This poem was recited during the launch by Guido Lanfranco, which we would like to share.

ĦBIEB MIDFUNA

(Versi miktuba f’Wied Mejxu, San Ġiljan, 2-III-1997)

Abjad, ġdid, jidher il-bini

Nieżel dejjem mal-widien,

Iżda jien sad-dmugħ jaqbiżli

Meta maħseb f’dak li kien…

Taħt il-bini hemm midfuna

Ħbieb antiki li naf jien,

Kienu jħaddru l-blat tax-xagħri,

Juru fjuri kollha lwien…

Berwieq, sagħtar u ħobbejża,

Ferla, garni u peprin,

Il-fiġġiela u l-kaħwiela,

Il-busbies bil-weraq fin…

Għansal għoli u fidloqqom,

Fejġel, klin, narċis ifuħ,

Ħabb il-qamħ, bebuna ċkejkna,

Xatbet l-andar mar, qerduh…

Dawna kienu ftit minn ħbiebi

Mal-blat xagħri mifruxin,

Iżda l-wied sar ċimiterju

Fejn hawn ħbiebi midfunin…

Guido Lanfranco