
Meta kiteb Carmelo Psaila Mons (Dun Karm) (1871-1961) Malta kellha taqlib politiku fit-tmexxija u ħareġ l-aqwa kitba. Meta kiteb Aleksandr Solzhenitsyn (1918-2008) kien mjassar, b’għassa fuqu fiċ-ċlampu u dlik u sirda u ċaflis, kiteb The Gulag Archipelago, 1918-1956: An Experiment in Literary Investigation, Books I-II.
Meta kiteb Erin Serracino Inglott (1904-1983) ġol-kenn fil-blat, bil-bombi neżlin. Meta ġie Sawlu, mgħammed Pawlu, fil-gżira fid-DAMDIM; baħar imqalleb li waddab lilu u l-ġifen tiegħu lejna u ħallielna l-wirt : it-twemmin!

Damdim ilbieraħ, damdim għada, damdim illum, dejjem se jkun hemm, trid tagħraf kif tasal fid-daħla tal-mistrieħ fil-kenn tal-qalb.
Ġarrabna fit-13 ta’ Jannar 2016 terremot f’ħafna oqsma fil-gżira, u ħajjitna terremot, u xorta rridu nidħlulu u nirnexxu.