Smaċtu / Żmaċtu

Martin Morana

SMAĊTU / ŻMAĊTU   Bniedem stramb li jġib ruħu mhux tas-soltu. J.A. jgħid li din tista’ tkun ġejja minn ‘xiżmatiku’.

Kelma oħra simili hi SMAJĊ / ŻMAJĊ / SMAJTX – raġel tal-kampanja. Bniedem li jiġbor iż-żibel. 

Kelma li kienet tintuża mill-Militar Ingliż u li kienet tirreferi għal xi ħadd li xogħlu kien li jiġbor iż-żibel fil-kwartieri tas-suldati. Ing. smitch. Din il-kelma hi waħda minn żewġ loan words mill-ilsien Ingliż li jidhru fid-dizzjunarju ta’ G.B.F. (1945).

Ara: IBBLAKKA.