
Hu maħsub li minn tfal, sa eżekuttivi tan-negozju aktarx jibdew iħaddmu dan it-tip ta’ sewqan biex jaslu malajr fl-uffiċċji fl-ibliet. U dan għax disinn ġdid ta’ scooters jippermettilhom ikunu tant żgħar, li jingħalqu fil-qies ta’ karta A4.
Kien George Mabey, student fl-universita’ ta’ Londra li ħareġ b’din l-invenzjoni ta’ scooter li tingħalaq u li biha rebaħ premju. Hu ffurmaha mill-aluminju; fih għadda cable, li meta dak li jkun jiftaħha, tkun tiflaħ il-piż ta’ bniedem adult. Iżda meta tkun magħluqa, tkun tant żgħira, li tista’ titqiegħed f’basket.
Hi tiżen inqas minn 11-il libbra (ħames kilogrammi).