
Mhi ekonomika xejn, iżda din l-Alfa Romeo 8C-35, li kienet tħalli lil kull karozza oħra warajha bħal dell, inħadmet fl-1935.
Sentejn qabel, fl-1933, Adolf Hitler kien ħareġ mill-fondi statali biex iffinanzja l-karozzi tat-tip Mercedes Benz u l-Audi, li tqiesu bħala mudelli li ma setgħu jkollhom l-ebda sfida.
Iżda ftit wara, u għall-Grand Prix Taljana, Mussolini kkummissjona lill-Alfa biex tinawgura l-8C-35, li qalbet kollox ta’ taħt fuq.

Wara 80 sena, din il-karozza ta’ Mussolini, li għadha kif inbiegħet, għadha f’kundizzjoni bħal ġdida. Għal 40 sena tħalliet f’garaxx f’Buckinghamshire.
Minkejja r-restawr li sarilha, għad għandha l-fatturi oriġinali kollha, inkluż il-gear u l-mirja.
Hi kienet inxtrat mill-industrijalist sinjur Dennis Poore, li seta’ jsuqha kull fejn ried, tant li anki ħa sehem biha f’kompetizzjonijiet. Iżda fl-1955, daħħalha fir-remissa tad-dar tiegħu f’Taplow, fejn baqgħet mhix mimsusa sa ma miet fl-1987.
Minn dak iż-żmien sarilha r-restawr, iżda għadha ttella’ l-ħeffa oriġinali tagħha fis-sewqan.
Hi nxtrat waqt irkant li sar fl-14 ta’ Settembru, minn Goodwood Revival Sale qrib Chichester, għall-prezz ta’ €7,077,524.