Hemm numru sabiħ mill-kotba tagħna li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali Tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023, għall-kotba ppubblikati fl-2022.
L-aġġudikaturi ta’ din is-sena faħħru l-livell għoli tal-pubblikazzjonijiet mifruxa fost il-kategoriji kollha. Dawn huma l-finalisti tal-pubblikazzjonijiet ta’ BDL Publishing
Novelli: Amsterdam u Rakkonti Oħra ta’ Joe Pulè
Riċerka Bijografika u Storjografika: Eddie: Is-Sewwa Jirbaħ Żgur ta’ Dione Borg, u Malta War Occurrences : The Police Logbooks 1940-1942 ta’ Jeffrey Sammut

Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin: Flavia: in-nagħġa li kienet tibża’, Luċjan u Enzo: is-sriedak li kienu jgħiru għal xulxin, Oreste: iż-żiemel li kien imkabbar, u Stewart: il-ħanżir li kien buli ta’ Maria Farrugia u Louiselle Sciberras (ill.)
Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin: Kieku Armadillo Jmur f’Ristorant (Ellen Fischer; Laura Wood ill.) u Kieku Ljunfant Imur l-Iskola (Ellen Fischer; Laura Wood ill.) ta’ Janet Mallia