Amsterdam u Rakkonti Oħra

Description

F’dil-ġabra ta’ novelli qosra l-awtur idur mal-ħajja ta’ kuljum bil-problemi tagħha: l-Alzheimer u l-ewtanasja, l-istupru u l-arroganza, l-awtorità tar‑reliġjon u l-ambizzjoni tal-ġenituri, il-pedofilja u l-liġi, l-omosesswalità u ż-żwieġ.

Liese ħa tmut u għandha l-Alzheimer. Żewġha Mario jsir jaf jekk kinitx veru tħobbu matul ħajjitha?

Il-Ministru jgħid lil Silvana li dawn l-affarijiet jiġru, imma żgur ma kienx bil-kunsens ta’ Amy. Kif ħa jħallas għall-arroganza tiegħu?

Kif il-prostituta li ġiet fil-kamra ta’ Paul meta kien l-Awstralja kienet fula maqsuma ma’ bintu? U lil dik is‑soru kif kien jafha?

Il-pittur Cauchi ried li xi ħadd joqtlu u fl-aħħar sab ir‑Raġel tax-Xadina. Sadattant jiltaqa’ ma’ mara sabiħa li kien pinġieha meta kien famuż u hi wkoll trid li r-Raġel tax-Xadina joqtolha…

Mara Maltija tinnamra ma’ mara Irlandiża, allura l-irġiel tagħhom x’ħa jagħmlu?

Jekk raġel li kien agħma għal żmien twil jibda jara, xi jkun jixtieq li jara l-aktar?

U l-pappagall veru ħa joqtluh?

Mingħajr ma jnaqqas mill-gravità ta’ dawn is-suġġetti, l-awtur iżomm stil ħafif, mexxej, u kultant umoristiku.

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 19.2 × 12.7 cm

Product categories and tags

SKU: 9789918211395 Tags: