Dwal mill-Kantini

9789918200900
Paperback

Description

X’weġgħat jitilgħu mid-dlam tal-kantini ta’ ruħ il-bniedem?

Mill-ispralli tal-għeluq jaf jixref ukoll id-dawl ta’ emozzjonijiet sbieħ u ta’ valuri nobbli…

…Uħud min-novelli jeħduna fi vjaġġ f’waqtiet ta’ insigurta li ġabet il-Covid-19. Tiġrib li neżża’ bnedmin mil-libsa umana tagħhom. Qajmilhom il-karba tal-imgħoddi. Lil oħrajn ressaqhom lejn għaqda intima.

Xi rakkonti jperrċu x-xenqa għal imħabba mitlufa. Ma’ karattru nistħarrġu l-kunflitt bejn żewġ ġibdiet. F’moħħ poetiku tgħaxxaqna s-sensittivita lejn is-seħer tal-ambjent naturali. Niltaqgħu ma’ bniedem li joffri kwadretti ta’ kultura li għabet. F’ieħor, is-suspetti u l-preġudizzju jħarbtulu s-sliem u jwasslu għal soluzzjoni traġika. Nimxu fid-dell tal-mara li ġġorr il-weġgħa ta’ ilsna li jċarrtu u ta’ mħuħ li ma jagħrfux jintebħu. Żagħżugħa oħra mifxula f’estremitajiet psikoloġiċi ġġarrab vjolenza domestika. Insegwu anki r-rieda ta’ mara li ma tibżax terfa’ rasha bi kburija.

F’dawn l-istejjer nimirħu f’ambjenti lokali. Ma’ nies tad-demm u l-laħam.

Additional information

Weight 320 g
Dimensions 21 × 13 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200900
Pages 244

Product categories and tags

SKU: 9789918200900 Categories:

You may also like…