Description
Qtil doppju ġewwa sqaq mudlam.
Krista, tfajla orfni li għaddiet minn trawma. Tiftakar biss maskra sewda li hija l-kaġun ta’ ħafna ħolm ikrah li jikkundizzjonalha ħajjitha. Minn età tenera jkollha titrabba f’istitut. Tul ħajjitha tiltaqa’ ma’ ħafna ostakli, imma madanakollu xorta tibqa’ determinata li ssib il‑qattiel. Tgħid se jirnexxilha?
Sister Matilda, persuna li lesta tagħti ħajjitha għat‑tfal tal-istitut.
Il-Maskarat, min-naħa l-oħra, idur u jħuf fid-dlamijiet tal-lejl. Kriminal jew raġel twajjeb? Raġel li jasal għal kollox, żgur li aħjar tkun qed taħdem favorih milli kontrih.
Xi darba jew oħra l-ħajjiet ta’ dawn l-individwi se jiltaqgħu, u min jaf minn kemm esperjenzi jridu jgħaddu flimkien. Misteri, drama u romantiċiżmu.
Min hu l-Maskarat? X’kien hemm wara dak il-qtil?